1. Il-GRTU taqbel li post il-monti fil-Belt u mhux barra l-Belt
2. Post il-monti hu l’isfel mic-Centru Kummercjali biex filwaqt li ma jaghmilx hsara lil hwienet igawdu kemm tal-hwienet kif ukoll tal-monti mill-firxa ikbar taz-Zona Kummercjali
3. Is-sit li gie propost mill-awtoritajiet hdejn is-suq l-antik tal-Belt, wara l-Palazz u z-zona tal-madwar hu sit tajjeb hafna aktar u aktar wara li jkun pavimentat u msebbah kif ghandu jkun
4. Il-monti ma jistax imur lura fil-parti ta’ Triq il-Merkanti fejn kien qabel ghaliex inkella jintilef l-iskop kollu li fi Triq il-Merkanti jintefqu flejjes kbar fiha biex tkun upgraded, issir pedonali u jinholqu investimenti godda li jigbdu lejhom in-nies il-jum kollu
5. Meta Triq il-Merkanti ssir pedonali u aktar attraenti, din tibda tigbed numru hafna akbar ta’ nies u dan ikun ta’ vantagg kemm ghas-sidien tal-hwienet kif ukoll ghal tal-monti meta dawn ikunu f’post irrangat sewwa u aktar u aktar jekk huma stess jaghmlu sforz kbir biex jghollu l-livell mizeru u xejn attraenti tal-istall li sal lum huma dejjem ipprezentaw fi Triq il-Merkanti. L-upgrading li jrid isir ghandu jaghmlu kulhadd kemm tal-hwienet u kif ukoll tal-monti ghax ma jkun jiswa xejn li tkun giet upgraded iz-zona u s-servizzi u l-facilitajiet kollha ma jaghmlux ukoll qabza ta’ kwalita fil-prezentazzjoni u fis-servizz
6. Il-GRTU issostni li tal-monti qed jaghmlu hafna storbju zejjed ghax se jiccaqalqu l-isfel meta fil-fatt kif ix-xoghol ikun lest ser jibqghu fl-istess triq, ghalkemm aktar l’isfel imma f’zona aktar attraenti u fi triq li ser tikber ghal kollox u posittivament, il-potenzjal kummercjali taghha.
7. Il-GRTU tqies li d-decizjoni li tal-monti jitpoggew fid-Ditch il-Furjana, anke ghal perjodu temporanju, mhiex l-ahjar decizjoni.
8. Il-GRTU taqbel li anke temporanjament tal-monti jistghu jithallew joperaw mill-parti tat-Triq il-Merkanti l’isfel mill-Palazz. Hekk kif jitlesta x-xoghol jitilghu l’fuq fil-pjazza ta’ wara l-Palazz. Din hi soluzzjoni li ma tgerrix lix-xerrejja tradizzjonali tal-monti u ma taghmilx hsara lic-Centru Kummercjali.
Il-GRTU qed toffri s-servizzi taghha lil awtoritajiet u lil bejjiegha tal-monti biex b’diskussjoni serja madwar il-mejda tinstab soluzzjoni prattika.