F'konferenza stampa fil-GRTU, indirizzata mid-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia, fil-prezenza ta' Paul Abela, President tal-GRTU, Carlo Cini, President tal-Energy Products Resellers, u Charles Meli President tad-Distributuri tal-Gas, inghataw dettalji dwar il-kwistjoni li nholqot bejn l-GRTU u l-Enemalta.
Vince Farrugia qal li l-procedura normali hi illi ghas-setturi tan-negozji rapprezentati mill-GRTU u li huma taht kuntratt ma l-Enemalta, jkun negozjat Service Agreement li jkun rivedut minn zmien ghall-zmien. Ir-revizjoni ssir primarjament biex il-commission dovuta lill-operaturi privati tkun tirrifletti z-zidiet fl-ispejjez bhall ma huma zidiet fuq pagi, diesel, maintanance, replacement costs u nfieq iehor kalkulabbli. Id-distributuri tal-Gas ikkoperaw bi shieh maghtul dawn l-ahhar sentejn biex saru tibdiliet li assiguraw servizz ahjar lill-konsumaturi u l-GRTU kienet qed tistenna illi t-talba ghaz-zieda tal-commission taghhom kienet ser tkun deciza minghajr hafna dewmien zejjed b'apprezzament tax-xoghol siewi u koperazzjoni shieha li dawn id-distributuri urew b'mod konsistenti. Li gara izda kien illi kien hemm hafna dewmien mhux spjegabbli u t-tahdidiet waqqfu hesrem l-Gimgha 8 ta' Frar 2008.
Id-Distributuri tal-Gas, urtati b'dan id-dewmien zejjed u bla ebda ndikazzjoni ta' kif ser tkun konkluza t-talba taghhom, iddecidew li jiehdu azzjoni ta' protesta pubblika, illum is-Sibt 9 ta' Frar 2008, billi waqqfu milli jkomplu jqasmmu c-cilindri tal-Gas mill-postijiet fissi minn fejn jbieghu kull nhar ta' Sibt. Ghalkemm hadu din l-azzjoni ndustrijali, id-distributuri xorta baqghu jbieghu c-cilindri tal-Gas bieb, bieb u lir-restoranti u postijiet tal-catering ohra biex l-inkonvinjent lill-pubbliku jkun mill-anqas. Il-protesta kienet iktar simbolika milli ta' hsara.
Xi hadd fl-Enemalta ta'ordni biex din il-kwistjoni tkun "solvuta" b'mod goff u bi sfida diretta lill-GRTU. Gew mikrija numru ta' trailers minn ghand zewg ditti privati, dawn itghabbew b'cilindri li thattew minn fuq it-trakkijiet privati tad-distributuri tal-Gas u li taghhom id-distributuri kienu ga halsu lill-Enemalta u t-trailers bic-cilindri tal-Gas mehuda bla awtorizzazjoni lis-sidien privati taghhom, bdew jittqassmu mill-lokalitajiet fissi tad-distribuzzjoni u l-bejgh beda jsir bi skorta tal-pulizija. Dan il-bejgh kien qed isir b'mod illegali u bi ksur tal-ligi dwar transport ta' prodotti perikoluzi u rregala lill-pubbliku xena ta' ghajb li Malta ilha ma tara snin.
Il-GRTU mmedjatament tkellmet ma l-operaturi privati biex titlob spjega ghaliex kienu qed jindahlu bhala strike breakers. Il-GRTU giet assigurata minn dawn l-operaturi illi hadd mill-Enemalta ma qallhom li t-trailers taghhom u l-haddiema taghhom kienu qed jintuzaw bhala strike breakers biex jisfidaw lid-distributuri tal-Gas. Dawn l-agenti privati mmedjatament waqqfu l-azzjoni taghhom hekk kif kienu nfurmati mill-GRTU li huma kienu qed jintuzaw bhala strike breakers.
"Min ha din id-decizjoni li juza l-ufficjalita' ta' l-Enemalta u jinqeda b'ingann, b'nies privati biex jaghmel strike breaking ghamel hekk biex jisfida u johloq inkwiet bla bzonn", sostna d-Direttur Generali tal-GRTU.
Il-President tal-GRTU Paul Abela mmedjatament kif bdiet tizviluppa din is-sitwazzjoni perikoluza, li kienet zgur ser twassal ghall-strike ndefinit minn naha tad-Distributuri tal-Gas bis-support shieh ta' sezzjonijiet ohra tal-GRTU, talab l-intervent tal-Ufficju tal-Prim Ministru, u l-Ufficju tal-Ministeru tal-Investiment (MIIT) biex ma tiggravax is-sitwazzjoni. B'rizultat ta' negozjati li saru dalghodu stess bejn id-Direttur Generali tal-GRTU, Vince Farrugia u l-Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru tal-Investiment, Claudio Grech intlahaq ftehim hekk:
-
Il-claim tal-GRTU f'isem id-distributuri tal-Gas hija accettata b'effett mill-1 ta' Jannar 2008. B'rizultat ta' dan id-Distributuri ma jkomplux isofru telf kurrenti.
-
Ikomplu n-negozjati minn nhar it-Tnejn biex jintlahaq ftehim dwar l-claim fuq is-sentejn ta' qabel.
Il-
GRTU dalghodu stess laqqet id-Distributuri tal-Gas kollha u huma approvaw illi fic-cirkostanzi tal-arrangament li jintlahaq bejn l-GRTU u l-Ministeru huma mmedjatament johorgu biex jilqghu d-domanda tal-pubbliku.
"Dan li gara llum ikun ta' lezzjoni ghall-kullhadd illi dewmien zejjed biex ikunu konkluzi claims bhall dawn, u aktar u aktar meta jkun hemm interventi li flok jghinu jisfrattaw aktar id-diskussjonijiet, joholqu nkwiet zejjed li ma jridu hadd. Fortunatament sitwazzjoni li setghet zviluppat f'hafna inkwiet zejjed lill-pubbliku, giet remidjata b'intervent f'waqqtu. Il-GRTU tirringrazzja l-ufficju tal-Prim Ministru u l-Ufficju tal-Ministeru tal-Industrija u l-IT ta' l-intervent taghhom biex flimkien wasalna", ikkonkluda d-Direttur Generali tal-GRTU.