Fabian Demicoli

Il-Kunsill tal-GRTU jiltaqa` ma Chris Said

 Il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU iltaqa` ma l-Onorevoli Dr Chris Said, Segretarju Parlamentari li issa huwa ukoll responsabbli mill-harsien tal-konsumatur .

Paul Abela, l-President tal-GRTU fetah il-laqgha billi fahhar il-mod ta' kif il-GRTU flimkien ma Chris Said irnexxielha tistabilixxi mudell ta' diskussjoni, konsultazzjoni u kooperazzjoni. Paul Abela wera  sodisfazzjon kbir li llum barra l-Kunsilli Lokali u l-politika ta' djalogu u konsultazzjoni, il-Prim Ministru qed jafda f'idejn Chris Said oqsma importanti ghal GRTU bhal ma huma l-kompetizzjoni gusta, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-Malta Standards Authority, ir-relazzjonijiet industrijali u tax-xoghol, l-MCESD, il-MEUSAC u l-informazzjoni, l-Malta Medicine Authority u l-Intellectual Property.

Paul Abela irrefera ghal dawn l-oqsma bhala oqsma importanti ferm ghall-membri tal-GRTU u n-negozji z-zghar u medji b'mod generali. Dwar il-Consumer Protection Agency l-GRTU trid tiftah  diskussjonijiet  serji ghaliex sa llum hadd mill-Gvern ma ndenja ruhu jikkonsulta maghna dwar il-proposta u l-kuncett kollu ta' Consumer Protection Agency. Il-GRTU harget pubblikament li ma tafx x'inhi din il-proposta u ma tifhimx xi htiega hemm fl-2010 li titwaqqaf agenzija bhal din.

Paul Abela rrefera ghal Fair Competition, fejn qal li s-sistema baqalha hafna x'tirranga biex verament tahdem tajjeb. L-GRTU ma hiex kuntenti kif qed jahdmu l-bicca l-kbira ta' dawn ir-regolaturi pubblici pero kuntenti li l-Gvern ha is-suggeriment utli tal-GRTU li jwaqqaf College of Regulators halli dawn ir-regolaturi jahdmu fuq bazi ta' principji komuni u ma tibqax aktar id-disparita' u s-separazzjoni li tezisti illum bejn regolatur u iehor.  Il-GRTU tixtieq li dan l-College of Regulators jinhatar malajr kemm jista jkun sabiex ikun protett il-konsumatur u s-sid tan-negozju z-zghir.

Giet diskussa l-Malta Resources Authority fejn din tiddeciedi wahedha. Il-President semma t-tariffi tad-dawl u l-ilma. Dan suggett kuntraversjali ghal ahhar u b'impatt kbir fuq tant users. Il-GRTU fuq din il-kwistjoni tad-dawl u l-ilma hadet pozizzjoni cara: l-ewwel jitnehha l-piz zejjed li kien tghabba fuq in-negozji z-zghar meta gew imgeghla jaghmlu tajjeb mhux biss ghal konsum taghhom, imma wkoll ghal-konsum ta' l-industrija l-kbira li kienet tgawdi mil-capping. Kienet il-GRTU li resqet l-aktar analazi dettaljati fuq din il-kwistjoni u kienet l-GRTU li ipproponiet l-akbar firxa ta' skemi biex tkun pacuta d-daqqa negattiva taz-zieda fit-tariffi.

Paul Abela ghadda ghad diversi regolaturi li jaqghu taht Chris Said fosthom l-Malta Medical Authority,  l-Fair Competition u l-Intellectual Property. Mal-Malta Standards Authority l-GRTU ghandha relazzjoni tajba hafna. Il-kwistjoni kbira tibqa t-thaddim tal-ufficju, ma huwiex daqshekk konsistenti. Issa ser tfaqqas il-Consumer Protection Agency. Ghalxiex is-Consumer Protection Agency, biex tipprotegina minn monopolji u mid-ditti dominanti li jimponu l-prezzijiet u kundizzjonijiet fuq is-sidien tan-negozji z-zghar on a take it or leave it basis? Nies li b'arroganza u b'abbuzi verbali, u kull tant anke fizici, jippretendu l-egghubijiet minnghand tal-hwienet. Qatt ma tghaddi gurnata li ma jkollniex rapport ta' abbuzi sfaccati fuq impjegati jew sidien ta' hwienet.

Paul Abela insista li qabel tinhatar l-Consumer Protection Agency  isiru aktar diskussjonijiet fid-dettal mall-GRTU. Il-GRTU tablet ukoll sabiex jsiru laqghat dwar kif l-MEUSAC u l-MCESD jistghu jkunu aktar efficjenti u dwar x'jista jsir biex ikun protett in-negozju z-zghir mill-volum enormi ta' kummerc illiecitu li qed isir kawza tad-disorganizzazjoni shiha li tezisti bejn l-Enforcement Officers li xogholhom hu li jaraw li dan l-abbuz ikun imrazzan. Il-GRTU ghanda ideat cari wkoll dwar kif in-nies taghha ghandhom ikunu protetti ahjar mil-prodotti foloz u b'aktar protezzjoni tal-Intellectual Property.

L-Onorevoli Chris Said irringrazzja lill-President, lill-Kunsill Ezekuttiv u lid-Direttur Generali talli oghgobhom  jistednuh sabiex flimkien mieghu nkomplu nsahhu r-relazzjoni tajba li ga ghandna. Chris Said fahhar l-mod ta' kif l-GRTU  dejjem tpoggi l-interess nazzjonali u mhux dak tal-membri taghha  biss. Irringrazzja lill-GRTU ghas-sehem taghha fil-pre-budget ghaliex hafna mill-proposti hargu f'inizzjattivi u li kull tant zmien jsir follow up  ta' dawn l-inizzjattivi b'awgurju ghal futur. Semma ix-xoghol li klimkien ghamilna fil-lokalitajiet. Fahhar s-sehem siewi tal-GRTU fl-MCESD u l-Meusac.

Chris Said  qal li fi ftit jien il-gvern ser jippubblika dokument ta' konsultazzjoni li ghandu jwassal ghat-twaqqif ta Agenzija ghall-harsien tal-Konsumatur. Chris Said enfasizza li bit-twaqqif ta' din l-agenzija, il-Gvern se jkun qed iwaqqaf struttura li taghmel l-ahjar uzu tar-rizorsi diga' eziztenti. L-ghan tal-agenzija se jkun li thares l-interessi tal-konsumatur permezz ta' aktar tixrid ta' informazzjoni dwar id-drittijiet li l-konsumaturi ghandhom, taghmel analizi tal-prezzijiet tas-suq kif ukoll tindirizza lmenti bejn il-bejjiegha u l-konsumaturi.

L-ghan tal-agenzija mhux li timponi prezzijiet fuq il-bejjiegha imma li tassigura li ma jkunx hemm abbuz fis-suq lokali. Chris Said fahhar hafna lill-GRTU ta' kemm dejjem kienet minn ta' quddiem biex tressaq mizuri konkreti permezz ta' djalogu. Chris Said sahaq li ser jutilizza n-nies ahjar u jikkonsulta mall-GRTU. 

Paul Abela ddeskriva l-operat ta' Chris Said bhala mudell ta' kif ghandu jitmexxa process ta' konsultazzjoni u enfasizza li l-agenzija l-gdida ma twassalx ghall-bzonn ta' aktar rizorsi imma tkun wahda li tirrifletti l-htigijiet tas-suq Malti llum. 

Carmen Borg –

What we can do for you

INFORMATION POINT

BUSINESS SERVICES

MEMBERSHIP BENEFITS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

B2B NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

FUNDING ASSISTANCE

COURSES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).