Ghall-okkazjoni tal-eghluq l-ewwel sena ta’ Dr Lawrence Gonzi bhala Prim Ministru u l-ewwel sena ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, l-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU, iltaqa’ mall-Prim Ministru fejn r-rapprezentanti ta’ setturi ekonomici differenti organizzati fil-GRTU, Malta Chamber of Small and Medium Enterprises, taw analizi ta’ kif sejrin l-affarijiet fid-diversi setturi taghhom.
Ghall-okkazjoni tal-eghluq l-ewwel sena ta’ Dr Lawrence Gonzi bhala Prim Ministru u l-ewwel sena ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, l-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU, iltaqa’ mall-Prim Ministru fejn r-rapprezentanti ta’ setturi ekonomici differenti organizzati fil-GRTU, Malta Chamber of Small and Medium Enterprises, taw analizi ta’ kif sejrin l-affarijiet fid-diversi setturi taghhom.
Il-President tal-GRTU, Paul Abela u d-Direttur Generali, Vince Farrugia ipprezentaw analizi ta’ kif policies u strategiji differenti tal-Gvern, l-aktar dawk fiskali, qed jolqtu lill-intraprizi zghar u medji li joperaw f’firxa kbira tal-ekonomija Maltija.
Il-mexxejja tal-GRTU sostnew li l-maggoranza tal-haddiema Maltin ma jahdmux mall-gvern jew mall-intrapriza tal-gvern u lanqas ma jahdmu fil-fabbriki, izda jahdmu jew f’intraprizi privati zghar u medji jew bhala self-employed. Il-maggoranza ta’ dawk li jahdmu f’dawn l-intraprizi ma humiex suggetti ghall-ebda ftehim kollettiv milhuq ma xi Union tal-haddiema. Il-GRTU temmen izda li l-istrategiji tal-gvern huma wisq dominanti mill-interessi ta’ dawk li m’humiex attivi fin-negozji z-zghar. Il-mexxeja tal-GRTU sostnew li l-qafas globali ta’ policies tal-gvern huma korretti izda, l-GRTU tqies li l-prioritajiet huma hziena ghaliex m’humiex immirati l-ewwel u qabel kollox biex ikattru l-gid nazzjonali (GDP). Il-GRTU issostni li l-policies tal-gvern kemm dawk fiskali kif ukoll dawk dwar l-intrapriza u l-ekonomija qed jinjoraw kwazi ghall-kollox l-firxa kbira ta’ intraprizi zghar u medji li m’humiex fabbriki ghall-manifattura jew hotels. Il-GRTU issostni li prattikament ma hemm l-ebda ghajnuna ghall-intraprizi z-zghar ta’ pajjizna barra s-settur tal-biedja u sajd.
Il-mexxejja tal-GRTU talbu bidla radikali ghal mod kif il-gvern qed imexxi il-politika tieghu lejn l-intrapriza z-zghira ta’ pajjizna u ghal mod kif is-settur pubbliku jistma lis-sidien tal-intraprizi z-zghar bhala l-uniku rimedju biex is-sidien ta’ negozji z-zghar jergghu jiehdu nifs gdid u fiducja li l-policies tal-gvern ser jahdmu.
Il-Prim Ministru ferah lis-Sur Paul Abela, bhala l-President il-gdid tal-GRTU u l-Ufficcjali u Kunsilliera godda tal-GRTU u esprima r-ringrazzjament u l-apprezament tieghu ghas-servizz siewi li tghati l-GRTU lill-membri u lill-pajjiz. Huwa esprima l-fiducja shiha tieghu li l-mizuri li qed jiehu l-gvern ser jaghtu r-rizultat mixtieq u assigura lil GRTU li ser isir kull sforz biex fejn jista’ jitranga fl-isteress ahjar tal-intraprizi z-zghar ta’ pajjizna, dan ser isir . Il-Prim Minissistru assigura lill-GRTU li hu ser jara li l-apparat kollu governattiv ikun aktar miftuh ghall-htigijiet tal-intraprizi z-zghar Maltin u li jsir dak kollu possibli fic-cirkostanzi finanzjarji ta’ pajjizna illum, biex is-sidien tan-negozji Maltin ikunu facilitati biex ikabbru n-negozju w iharsu l-quddiem b’fiducja gdida.