Il-Kunsill Ezekkuttiv Nazzjonali tal-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji iltaqa' illum il-Gimgha 2 ta' Marzu 2012. Il-Kunsill Ezekkuttiv ra s-sitwazzjoni dwar id-diskussjoni li qamet fl-MCESD fuq il-qaghda tal-impjiegi f'Malta u l-mod kif id-diskussjoni interna fl-MCESD li fiha ippartecipa d-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia giet irrappurtata fil-Minuti tal-MCESD.
Il-Kunsill Ezekkuttiv Nazzjonali jinnota li l-minuti tal-MCESD ma jirriflettux fedelment dak li intqal u jikkundanna l-mod manipulattiv kif l-GWU ghafget u uzat dawn il-Minuti bil-hsieb car li taghmel hsara lill-GRTU u lid-Direttur Generali personalment.
Il-Kunsill Ezekkuttiv Nazzjonali tal-GRTU jikkundanna bil-qawwi l-kampanja ta' attakki bla sens li l-Media tal-GWU qed taghmel fuq il-GRTU u b'mod partikolari l-attakki personali tas-Segretarju Generali tal-GWU Tony Zarb fuq id-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia. Il-Kunsill Ezekkuttiv Nazzjonali jesprimi bla ebda riservi l-appogg shih u solidarjeta' lid-Direttur Generali Vince Farrugia u jirrisolvu li ghall-GRTU din hi kwistjoni ivvintata u immanipulata mill-GWU bil-ghan car li taghmel hsara lill-GRTU. Il-Kunsill tal-GRTU ghalhekk issostni r-rieda tad-Direttur Generali tal-GRTU li ma jhalliex lill-GWU, l-media tal-GWU u l-allejati taghhom jintimidaw lil Vince Farrugia mir-rieda tieghu li jinorja it-talbiet bla sens li qed tesigi il-GWU u li jibqa' koncentrat kif dejjem ghamel fuq ix-xoghol siewi tieghu b'sapport shih lis-self-employed, il-haddiema u s-sidien tan-Negozji Maltin.