Pass Zghir il-Quddiem izda il-boghod mis-Soluzzjoni
Il-GRTU – Malta Chamber of Small and Medium Enterprise –
tifhem il-messagg tal-Budget 2005: “irridu nahdmu aktar”. Hu ghalhekk li
tirrikonoxxi posittivament id-decizjoni tal-gvern li jnehhi l-privileggi zejjed
fejn jidhol leave mix-xoghol u vaganzi. Il-GRTU tirrikonoxxi wkoll posittivament
l-ispinta li l-gvern deciz li jaghti lit-turizmu ghax dan hu qasam importanti
hafna ghall-ekonomija taghna. Posittiv ukoll hu l-isforz tal-gvern li jindirizza
l-problema tal-budget deficit minghajr ma jweggha lil min hu batut. Il-GRTU
wkoll tapprezza li anke fis-sitwazzjoni ekonomika hazina li qieghed fiha
pajjizna l-gvern fassal mizuri li jghinu lil min irid ihaddem u holoq skemi biex
min ma jahdimx jinghata l-opportunita’ li jitharreg u li jahdem u
jipproduci.
Il-GRTU izda tqies li ghalkemm il-Budget 2005 hu
fid-direzzjoni t-tajba b’danakollu jzomm lura wisq milli jkun kuraggus bizzejjed
li jaghti spinta serja u qawwija lil ekonomija. Meta l-gvern qed jghid li
l-ekonomija s-sena d-diehla ser tikber b’ 1.5% f’termini reali u 4.7% termini
nominali jidher bic-car li kulhadd f’pajjizna bilfors irid jaghmel sforz akbar
biex jizdied l-investiment, tonqos n-nefqa pubblika u fuq kollox jitrazzan
id-dejn nazzjonali (Malta ghandha it-tielet l-ghar record ta’ dejn nazzjonali
bhala ratio tal-GDP fost il-25 membru tal-EU). Meta fl-2003 l-ekonomija waqghet
lura u fl-2004 l-ekonomija imxiet il-quddiem biss 0.6% jidher car li biex
infiequ mill-mard ekonomiku li ghandna, nghalqu l-budget deficit u noholqu
xoghol ghall kulhadd, u irridu bilfors nsiru aktar kompetittivi.
Il-mizuri fil-Budget huma ftit wisq biex tissahhah verament
il-kompetittivita. Qed jaghmel zball kbir min qed jghid li dan hu budget
tas-sidien. Il-Budget kellu jaghti ncentivi aktar lil min irid johloq ix-xoghol
u jkun aktar iebes fuq it-tnaqqis tan-nefqa pubblika u fit-trazzin tal-pizijiet
li huma mghobbija bihom l-entrepreneurs. Il-mizuri favur l-intraprizi z-zghar
huma ftit wisq u mhux ser ikollhom effett specjali. Zgur m’humiex bizzejjed biex
itaffu ghad-daqqa ohra li ser jaqilghu n-negozji Maltin meta l-gvern ser izid
id-dhul tieghu mit-taxxi b’Lm45 miljun ohra is-sena d-diehla. Dan ifisser li
t-total ta’ dhul mit-taxxi ser jitla ghall-Lm756 miljun u dan fost l-ohrajn
b’zieda ta’ Lm27 miljun mill-VAT u Lm13 miljun ohra fl-income tax u dhul iehor
min taxxi ohra u taxxi godda. Dan kollu fi zmien meta l-ekonomija m’hiex tikber
u meta l-flus fl-idejn mhux bizzejjed biex isostnu l-intraprizi z-zghar kollha
ta’ pajjizna li maghhom jahdmu 55,000 ruh. Il-GRTU issaqsi publikament jekk
hemm’x xi pjan li terga tizdied il-VAT, haga li zgur l-GRTU ma taqbilx
maghha.
B’aktar pizijiet xorta wahda l-gvern ser jispicca b’deficit
generali ta’ Lm98 miljun. Il-GRTU temmen li jekk mhux ser isiru sforzi akbar
biex l-ekonomija tikber ser nibqghu fic-cirku vizzjuz li ilna fih 10 snin:
il-gvern jonfoq dejjem aktar u biex ilahhaq jintaxxa aktar u jiddejjen aktar.
Il-piz. jaqgha fuq l-entrepreneur u fuq kull min irid jinvesti f’pajjizna u
johloq postijiet tax-xoghol godda. Ir-rizultat ta’ dan hu li flok tkattir
ekonomiku qed jkollna tnaqqis u flok aktar gid qed ikollna qaghad u zieda
fid-dejn tal-intraprizi, tal-household Maltin u tal-gvern. Il-GRTU tqies li
l-ixkiel li ghandha l-intrapriza hu kbir wisq u ftit li xejn qed jehfif b’dan
il-Budget. Il-GRTU wkoll tqies li jekk l-ekonomija ser tikber 4.7% f’termini
nominali l-gvern ma kellux jhalli n-nefqa pubblika tikber b’ 8%, ghalhiex b’hekk
flok il-quddiem swer nibqghu miexjin lura.
Mill-lat ta’ spinta lil
ekonomija dan l-Budget mhux qed joffri hafna u mhux jaspira zieda fil-fiducja li
s-sidien tal-intraprizi Maltin ghandhom bzonn biex jinvestu aktar, jahdmu aktar
u joholqu aktar impjiegi u jkabbru l-gid ta’ pajjizna. Il-piz fuq l-bicca
l-kbira tal-intraprizi qed jizdied u bla spinta qawwija lil ekonomija hafna qed
jaraw futur aktar imdallam. Il-GRTU tqies li l-gvern tilef opportunita din
s-sena li jkun vera kuragguz, deciziv u nnovattiv. Jekk l-isforzi taghna bhala
Maltin mhux ser ikunu bizzejjed, Malta jkollha fi ftit snin tbaghti
l-umiljazzjoni li l-Unjoni Ewropeja fi Brussels tiddeciedi ghalina x’irridu
nghamlu biex infiequ mill-mard ekonomiku serju li ghandu
pajjizna.
Il-GRTU ser tibqa tahdem flimkien mar-rapprezentanti
tal-organizazzjonijiet l-ohra li jirraprezentaw l-kummerc, l-industrija u
t-turizmu biex nikkonvincu lir-rapprezentanti tal-haddiema li minghajr Patt
Socjali serju u decisiv mhux ser naslu. Il-gwaj hu maghna u bla ftehim u azzjoni
decizziva ser jibqa maghna.
Il-GRTU temmen li l-istrutturi fiskali u
amministrattivi u s-sistema kollha tal-finanzjament tal-entitajiet pubblici u
tas-servizzi socjali hi hazina. Bla Patt Socjali, l-gvern ser isibha bi tqiela
biex jirristruttura bis-serjeta’. Bla ftehim serju nibqghu bis-soluzzjonijiet
bhal dawn tal-Budget 2005: nofs lehja u neqsien mill-isforz qawwi u deciziv li
jwassal bis-serjeta ghas-soluzzjonijiet li pajjizna ghandu bzonn.
Il-GRTU tqies l-Budget 2005 bhala pass zghir fid-direzzjoni t-tajba izda
ftit wisq biex naslu.