Fil-25 ta' Jannar 2012 l-GRTU organizzat laqgha ghall-membri taghha mall-Onorevoli Jason Azzopardi, Ministru ghall-Kompetizzjoni Gusta, Negozji Zghar u l-Konsumatur, fejn fost affarijiet li gew diskussi qamet diskussjoni dwar l-possibilta' li tigi mahfura s-somma ta' Ewro 700 sabiex sid ta' hanut jkun jista jiftah f'Festi Pubblici li jaqghu matul l-Gimgha. Il-GRTU giet mitluba sabiex tahdem fuq il-granet ta' Festi Pubblici li jaqghu matul 2012 u tipprezenthom lill-Ministru sabiex jigu diskussi fil-Kabinet. Il-Gvern laqa' t-talba li għamlitlu l-GRTU sabiex l-istabbilimenti kummerċjali kollha f'Malta u Għawdex jirbhu d-dritt ghall-hanut jew stabbiliment taghhom li jiddeciedu huma jekk jifthux biex iservu l-pubbliku f'numru ta' festi pubblici minghajr ma jhallsu s-somma ta' Ewro 700. Il-lista li talbet l-GRTU ghan-nom tas-sidien ghas-sena 2012 hi din:
Il-Gimgha 10 ta' Frar (ma lahqitx intlahqet decizjoni), fejn l-ħwienet jistgħu jiftħu mill-4 ta' filgħodu sat-8 ta' filgħaxija, is-Sibt 31 ta' Marzu, il-Hamis 7 ta' Ġunju, il-Ġimgħa 29 ta' Ġunju, is-Sibt 8 ta' Settembru, il-Gimgha 21 ta' Settembru.
Il-Festi pubbliċi għas-sena 2013 huma:
Il-Hadd 10 ta' Frar (f'dan il-kaz ser jahbat Hadd il-Karnival), il-Hadd 31 ta' Marzu,il-Gimgha 7 ta' Ġunju, is-Sibt 29 ta' Ġunju, il-Hadd 8 ta' Settembru, is-Sibt 21 ta' Settembru
Id-dati ghas-sena 2013 hawn fuq msemmija huma suggett ghad-disussjoni minhabba li hemm xi festi li jaqghu l-Hadd li jridu jimbidlu ma granet ohra li jaqghu matul il-gimgha. Il-GRTU taghmilha cara li din hija issue ta' Festi Pubblici li jaqghu matul il-Gimgha u mhux issue ta' Sunday Trading.
Dawk l-istabbilimenti kummerċjali li huma liċenzjati bħala stabbilimenti ta' catering jew bħala nightclubs, diskoteki jew post ieħor fejn isir iż-żfin, jistgħu jibqgħu miftuħin sal-4 ta' filghodu fil-lejl tas-7 ta' April 2012.
Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-istabbilimenti kummerċjali għall-perjodu tal-Milied, jiġifieri bejn l-1 ta' Novembru u s-7 ta' Jannar se jibqgħu l-istess mingħajr ebda eċċezzjoni fejn dawn jistgħu jiftħu mit-Tnejn sal-Hadd mill-4 ta' filgħodu sal-10 ta' filgħaxija.
Il-festi pubbliċi li jaqgħu f'dan il-perjodu li huma t-8 ta Diċembru, it-13 ta' Diċembru, Jum Il-Milied u Jum l-Ewwel tas-sena se jkunu jistgħu jiftħu bejn l-4 ta' Filgħodu u l-10 ta' filgħaxija mingħajr ebda eċċezzjoni.
Is-sitwazzjoni ghalhekk hi kif gej;
Dawk is-sidien li jixtiequ jifthu f'dawn il-granet msemmija ma humiex obbligati li jhallsu Ewro 700 sabiex jaghmlu dan. Il-GRTU taghmilha cara li mhux obbligu sabiex wiehed jiftah anzi, tappella lis-sidien kollha biex jekk mhux tant importanti kummercjalment ghandhom jaghtu priorita lis-serhan taghhom bhala individwi u tal-familja taghhom kif ukoll s-serhan tal-impjegati taghhom u l-htigijiet tar-residenti fil-madwar tan-negozju taghhom.