Id-decizjoni li ha l-Gvern li jirsisti biex issir l-Golf Course, jaghzel post adekwat u jahdem hu biex igib l-permessi mehtiega, hi decizjoni tajba u f’waqtha.
Il-Gvern jiddeciedi dwar il-Golf Course – Decizjoni Tajba u f’Waqtha
Id-decizjoni li ha l-Gvern li jirsisti biex issir l-Golf Course, jaghzel post adekwat u jahdem hu biex igib l-permessi mehtiega, hi decizjoni tajba u f’waqtha.
Il-GRTU – Malta Chamber of Small and Medium Enterprises, – l-organizazzjoni Nazzjonali li tirraprezentha l-akbar firxa ta’ negozji li kollha jiddependu mit-turizmu, minn dejjem tghat is-support taghha ghal-inizjattivi privati u pubblici biex Malta ukoll tidhol ghas-suq dejjem jikber ta’ turizmu marbut mall-loghba tal-Golf. Il-GRTU temmen li l-prodott turistiku Malti jrid jizviluppa billi joffri inizjattivi godda u din tal-Golf hu pass importanti u fit-triq it-tajba.
Il-GRTU giet ikkunsultata dwar l-ghazla tas-sit ta’ hdejn Ghajn Tuffieha u l-Manikata u qablet mall-ewwel ma din l-ghazla. Il-GRTU tqies li din l-ghazla tiftah opportunitajiet godda ghall-kummerc u t-turizmu fiz-zona tan-nord ta’ Malta li illum jiddependi hafna mit-turizmu u dan bla hsara ekologika u b’attenzjoni aktar effikaci ghall-ambjent eccellenti li tgawdi din iz-zona f’dak li hu kosta, veduti u natura.
Il-GRTU fuq kollox qablet mall-procedura proposta mill-gvern, dik li jkun l-gvern responsabbli biex jinhargu l-permessi u biex jara li dawn l-permessi jinkludu s-salvagwardja kollha li johorgu mill-istudju tal-impatt ambjentali li ser ihallas ghalih ukoll il-gvern. Il-GRTU taqbel li b’dan l-mod il-promoturi u zviluppaturi li jidhlu ghal dan il-progett mhux biss jiffrankaw hafna inkwiet zejjed u hafna telf ta’ zmien, izda wkoll jkunu f’posizzjoni li jhallsu prezz ghola lil gvern biex jaghmel tajjeb ghall-proprjeta u l-vantagg ekonomiku li l-izviluppatur jkun ser jgawdi. Il-GRTU tapprezza li l-Gvern qed joffri medda ta’ art kbira bizzejjed biex il-Golf Course issir sewwa u fuq skala internazzjonali filwaqt li jkun hemm spazju biex kull impatt negattiv li jista johrog mill-istudji li iridu jsiru ikun mitigat.
Il-GRTU issa tistenna ukoll decizjoni ahharija u malajr dwar il-Golf Course f’Ghawdex ghax Ghawdex ukoll jinhtieg inizjattivi godda fil-qasam tat-Turizmu.
Il-GRTU qed twieghed is-support shih taghha biex dan l-progett jitwettaq fi zmien ippjanat u tittama li dan hu pass iehor minn sensiela ta’ inizjattivi godda biex l-prodott turistiku Malti jkompli jizviluppa u jimbidel biex jkun akat kompetittiv f’suq aggressiv.