SME Chamber

Il-Gvern ghandu jhajjar aktar nies jidhlu l-Belt Valletta

Issa li l-isforzi kollha tal-GRTU fuq numru ta' snin taw ir-rizultat taghhom u l-Gvern nehha l-V Licence biex wiehed ikun jista' jidhol il-Belt Valletta bil-karozza bla hlas zejjed, il-Gvern m'ghandux joqghod lura milli jaghmel kull sforz biex ihajjar nies li qatt ma kellhom il-V licence jidhlu jgawdu l-facilitajiet kollha li toffri l-Belt Valletta.

Issa li l-isforzi kollha tal-GRTU fuq numru ta’ snin taw ir-riżultat tagħhom u l-Gvern neħħa ‘l-‘V’ Licence biex wieħed ikun jista’ jidħol il-Belt bil-karozza bla hlas zejjed, il-Gvern m’għandux joqgħod lura milli jagħmel kull sforz biex iħajjar nies li qatt ma kellhom il-‘V’ Licence jidħlu jgawdu l-faÄ‹ilitajiet kollha li toffri l-Belt Valletta. Dan il-messaÄ¡Ä¡ ngħata mill-GRTU, il-Kamra tan-Negozji Å»għar u Medji  f’laqgħa li kellha dal-għodu mal-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq Jesmond Mugliett. F’din il-laqgħa l-GRTU ppreżentat l-analiżi tagħha ta’ l-ewwel għaxart ijiem tas-CVA fil-Belt Valletta u ppreżentat sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Gvern biex din is-sistema tagħti lill-Belt l-oÄ¡Ä¡ettivi kollha tagħha u sservi bħala spinta Ä¡dida lill-kummerÄ‹ fil-Belt Valletta. Id-Direttur Ä enerali tal-GRTU Vince Farrugia spjega li aktar nies li ilhom snin twal ma jidħlu l-Belt għandhom jingħataw informazzjoni dwar kemm hu faÄ‹li li tipparkja l-Belt. Hu importanti ħafna li dawk kollha li dejjem sabuha bi tqila biex jidħlu l-Belt issa jkunu jafu li llum hu faÄ‹li ħafna li tidħol il-Belt u tipparkja b’kumdità. Il-GRTU insistiet ukoll li l-Gvern flimkien mal-kommunità kummerÄ‹jali jfasslu programm t’attivitajiet li jistgħu jsiru fil-Belt u li issa jistgħu jiÄ¡bdu lejhom numru akbar ta’ nies minħabba li d-dħul fil-Belt Valletta illum hu eħfef. Is-Sur Farrugia wkoll appella lill-Gvern biex ikattar bil-kbir l-informazzjoni li qed tingħata lill-pubbliku dwar l-aspetti pożittivi tas-sistema l-Ä¡dida biex jikkumbatti b’mod effettiv il-kampanja qarrieqa li qed issir b’intenzjoni Ä‹ara li tbeżża’ n-nies milli jidħlu l-Belt. Din hi kampanja li qed tagħmel ħsara kbira lis-sidien tan-negozji tal-Belt u għalhekk il-GRTU qablet mal-Gvern li b’effett immedjat issir kampanja pubbliÄ‹itarja biex il-pubbliku japprezza sewwa kemm hu aktar faÄ‹li llum li tidħol il-Belt u tinqeda’ bis-servizzi offruti. Is-Sur Farrugia qal li l-attenzjoni tal-Gvern issa għandha tkun li jindirizza lill-pubbliku Malti u jħajjru jgawdi lill-Belt kapitali tagħna bil-pjazez u t-toroq tagħha, u bil-ħwienet u l-postijiet tad-divertiment tagħha. Il-GRTU talbet ukoll li tiddaħħal skema li biha ħwienet fil-Belt ikunu jistgħu joffru lill-klienti tagħhom parkeÄ¡Ä¡ b’xejn għal meta jixtru mingħandhom. Il-GRTU talbet ukoll li tiÄ¡i semplifikata l-proÄ‹edura għal reÄ¡istrazzjoni ta’ garaxxijiet fil-Belt biex ma jiddaħħlux proÄ‹eduri aktar kumplessi milli hemm bżonn. Barra minhekk il-GRTU insistiet li jittieħdu miżuri biex jiÄ¡i faÄ‹ilitat aktar l-aÄ‹Ä‹ess għal min ikun qed iwassal merÄ‹a lill-ħwienet u l-istabbilimenti tal-Belt. Il-Ministru Jesmond Mugliett assigura lid-delegazzjoni tal-GRTU li l-Gvern ser jevalwa dawn ir-rakkomandazzjonijiet tagħha. Il-GRTU waqqfet task force biex issegwi kuljum kif tiżviluppa s-sistema għall-aÄ‹Ä‹ess fil-Belt biex tassigura minn jum għall-ieħor l-aħjar interess tas-settur kummerjÄ‹ali. Is-Sur Farrugia fuq kollox fakkar lill-Gvern li hu fl-interess ta’ kulħadd li din ir-riforma twassal għall-espansjoni tas-settur kummerÄ‹jali. Il-Gvern għandu d-dmir li jagħmel sforz kostanti li jisma’ l-GRTU li hi r-rappreżentant aħħari ta’ l-interess veru tas-settur tan-negozju.  

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).