Il-GRTU u l-Proposti tal-Gvern biex jgholli l-Prezz tal-Elettriku u d-Diesel jew Jgholli l-VAT
Il-GRTU u l-Proposti tal-Gvern biex jgholli l-Prezz tal-Elettriku u d-Diesel jew Jgholli l-VAT
Matul dawn l-ahhar granet il-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji -indagat fost l-intraprizi fis-setturi rapprezentati mill-GRTU biex tara x’effett ikollhom dawn iz-zidiet fuq l-intraprizi diversi.
Ir-rizultat hareg car li kemm jekk jirdoppja l-elettriku kif ukoll jekk jghola b’mod goff l-prezz tad-diesel l-effett fuq hafna negozji jkun qawwi hafna. F’sitwazzjoni ta’ suq diga hazin mhux possibli li dawn l-ispejjez zejda jingabbru b’zidiet fil-prezzijiet tal-prodotti jew servizzi li huma joffru lill-konsumaturi, u ghalhekk hafna jkollhom jassorbuhom huma kif gara s-sena l-ohra biz-zieda fil-VAT u biz-zidiet kontinwi fil-prezz tad-diesel.
Il-gvern barra l-options ta’ zieda qawwija fil-prezz tal-elettriku u l-ilma jew zieda qawwija fil-prezz tal-fuels ippropona wkoll li jdahhal minflok zieda qawwija fil-VAT. Biex jingabru Lm50 miljun ohra l-VAT hu stmat li tkun trid titla sa rata ta’ 23% flok t-18% li hi llum.
Il-GRTU tablet li qabel tkun tista tiddeciedi l-gvern igib quddiem l-MCESD il-kumitat li jghati l-pariri dwar ix-xiri tal-fuels biex tkun accertata li ittiehdu l-mizuri ghaqlija kollha fix-xiri taz-zejt u mhux l-gvern sempliciment qed jghaddi kollox fuq dahar l-konsumatur. Ir-risposta hi li biex l-GRTU titkellem ma min hu responsabbli trid l-ewwel taghmel non-disclosure agreement imfassal mill-avukati tal-gvern u thallas garanzija bankarja qawwija. Il-GRTU tqies din ir-risposta turi li l-gvern mhux intenzjonat li jghid x’policies haddem fix-xiri tal-fuels.
Il-GRTU wkoll talbet informazzjoni dwar x’qed isir biex jitnehhew l-inefficjenzi li hi mghobbija bihom l-Enemalta u l-Power Station. Ir-risposta tal-gvern hi li dwar dawn ser jittiehdu passi fis-snin li gejjien.
F’dawn ic-cirkostanzi l-GRTU iddecidiet li bl-ebda mod ma tkun parti mid-decizjoni tal-gvern li jgholli l-fuels jew jirdoppja l-elettriku u hi kontra bil-kbir li terga tghola l-VAT jew li tizdied l-income tax. Il-GRTU ssostni li l-gvern iddecieda wahdu u ma ikkonsultax u ma jridx jghid kif xtara minn barra u x’mizuri qed jiehu biex jkun protett l-konsumatur u l-azjendi li juzaw l-elettriku u l-fuels kif ghandu l-obbligu li jaghmel taht ir-regoli tal-Unjoni Ewropea.
Ghaldaqstant l-GRTU ghaddiet d-decizjoni mehuda mill-Kunsill Ezekuttiv Nazzjonali tal-GRTU li bla informazzjoni korretta u sodisfacenti dwar x’mizuru hadu l-Gvern u l-Enemalta biex ikunu s-salvagwardjati l-ahjar interessi tan-negozji u l-konsumaturi Maltin, l-GRTU ma tintrabat xejn mad-decizjonijiet tal-Gveren li jgholli l-elettriku u l-fuels jew li jkompli jgholli it-taxxi.
Il-GRTU izzomm d-dritt li taghmel ir-rejazzjonijiet taghha skond dak li jiddeciedi l-gvern.
Il-membri tal-GRTU ikunu iggwidati skond ic-cirkostanzi.
For Release October 18, 2005