Il-GRTU hi sodisfatta li l-Ministru tal-Finanzi wettaq dak li qal lil GRTU u irtira dik il-parti tal-Abbozz tal-Ligi li hemm quddiem il-parlament li timponi privilegg specjali qabel il-banek u qabel kull privilegg specjali taht kull ligi li tezizti u sar meta sar il-privilegg u dan b’konsegwenza fuq min ma jhallasx it-taxxi dovuti fi zmien preskritt.
Il-GRTU u l-Ligi li ghaddejja mill-Parlament
Il-GRTU hi sodisfatta li l-Ministru tal-Finanzi wettaq dak li qal lil GRTU u irtira dik il-parti tal-Abbozz tal-Ligi li hemm quddiem il-parlament li timponi privilegg specjali qabel il-banek u qabel kull privilegg specjali taht kull ligi li tezizti u sar meta sar il-privilegg u dan b’konsegwenza fuq min ma jhallasx it-taxxi dovuti fi zmien preskritt.
Il-gvern xorta wahda qed jillegisla biex jobbliga l-awtoritajiet tat-taxxi jirregistraw privilegg bil-vantaggi kollha ta’ precidenza li ghandhom l-awtoritajiet tat-taxxi izda talanqas mhux bi precidenza fuq haddiehor li ghandu precidenza skond il-ligijiet ta’ pajjizna.
Il-GRTU tibqa’ ssostni li l-gvern irid ibiddel l-atitudni tieghu lejn is-sidien tan-negozji u intraprizi Maltin. Hawn wisq qtugh in-nifs u ma jistax ikun li l-gvern jibqa’ jwassal il-messagg li s-sidien tal-intraprizi m’humiex f’dati hu li m’humiex essenzjali biex l-ekonomija Maltija terga tibda tikber. Ghaliex, issaqsi l-GRTU ma nisimghu qatt b’ahbar tajba? Ghaliex, qatt ma jithabbru skemi verament attrajenti, u mhux sempliciment kozmetici, li jghinu bis-serjeta’ lil min ihaddem u lil min jinvesti biex ihares lejn il-futur b’kuragg u fiducja?
Il-GRTU ma thares lil hadd li jabbuza, la mill-ligijiet tat-taxxi, u lanqas mill-ebda ligi. Anzi l-GRTU tiddejjaq tara li filwaqt li l-bicca l-kbira assoluta tas-sidien jimxu bir-reqqa mal-ligijiet, huma dawn li kontinwament huma ippersegwitati mill-awtoritajiet. Jekk l-gvern irid jippersegwita lil min jabbuza jaghmel sewwa izda m’ghandux jibqa jdejjaq u jsallab lil kulhadd.
Il-Ligi li hemm fil-Parlament bhalissa qatt ma giet diskussa mall-GRTU allavolja tolqot bil-kbir lis-setturi kollha rapprezentati mill-GRTU. Hu assolutament mhux sewwa li l-gvern l-ewwel jitfaghha u mbaghad jigborha. Il-Gvern illum imissu jaf li,bhalma jsir fl-Unjoni Ewropea, kull legizlazzjoni gdida, li tolqot lill-imsiehba socjali, ghandha, qabel titressaq fil-Parlament tkun diskussa mal-imsiehba socjali milquta u mhux biss ma min jidhirlu l-Ministru koncernat. Hekk messu gara dwar din il-ligi tant kontroversjali. B’konsultazzjoni attiva jista jahdem ahjar u lis-sidien tal-intraprizi jibda jaslilhom messagg aktar pozittiv milli messagg ta’ impozizzjoni biss kif taf taghmel il- burokrazija amministrattiva li mgobbija biha Malta llum.
Il-messagg tal-GRTU u wiehed car: Halluna nahdmu. Tfixkluniex. Iffacilitawna fix-xoghol taghna u l-Ekonomija tikber. Bit-tkabbir ekonomiku biss jitfejqu l-pjagi finanzjarji tal-gvern u mhux bl-inkwizizzjoni fuq min ihaddem u jinvesti.