Illum
it-Tnejn 8 ta’ Ottubru mhux ser issir qatla tac-canga wara li l-Ministeru
tal-Biedja habbar li fil-15 ta’ Ottubru il-Gvern kien se jimponi sistema gdida
ta’ kif isir ix-xoghol tat-tqattiegh u bejgh ta’ bhejjem maqtula fil-Marketing
Hall tal-biccerija. Dan l-management tal-biccerija iddecieda li jimponih
bla ma kien lahaq ftehiem mal-GRTU li tirraprezenta l-bicciera
(slaughterers/middlemen). Illum tkomplew it-tahdidiet, imma ftehim ma
ntlahaqx ghax il-Gvern baqa’ jinsisti fuq sistemi li l-bicciera jsostnu li
effettivament joqtlu is-suq ghac-canga friska lokali.
ll-bicciera huma negozjanti li jixtru minghand ir-rahhala li jrabbu
l-baqar u l-ghoggiela u dawn l-annimali wara li jittellghu l-biccerija jinqatlu
u wara li l-annimali maqtula jitpoggew ghal ghazla tas-sidien tal-hwienet
tal-laham u xerrejja ohra, jitqattghu skond l-ordnijiet ta’ min jixtri u wara
jingarru direttament ghand ix-xerrejja.
Il-Ministeru tal-biedja bi ftehiem mal-bicciera ghaddej b'sensiela ta’
riformi u investiment biex il-livell ta’ operat jitranga u joghla l-livell ta’
igene fil-biccerija ghal-livell mitlub mid-direttivi Ewropej. ll-bicciera
instigati mill-GRTU investew u ikkoperaw bis-shih biex l-ghola livell ta’ igene
ikun assigurat. Il-Gvern issa izda qed imur oltre u bis-sistemi li jrid idahhal
fil-15 ta’ Ottubru jrid ikisser l-istruttura kompettiva tas-suq u jagmilha impossibbli
li l-bicciera jbieghu x-xoghol li jkunu xtraw minghand ir-rahhala jekk
mhux b'telf kbir ghalihom.
Is-suq ghac-canga friska llum hu miftuh u barra l-kompetizzjoni tal-laham
tal-friza impurtata hemm wkoll il-kompetizzjoni tal-laham frisk impurtat.
Daqs nofs it-total li kull gimgha johrog frisk mil-biccerija illum jingieb minn
barra u x-xerrej ghandu ghazla kompetittiva min fejn jixtri.
Filwaqt li l-kompetitur privat tal-biccerija jaghti lix-xerrej l-facilitajiet
kollha biex il-hwienet u resellers ohra li jixtru il-laham impurtat jkollhom
cans jaraw u jaghzlu u mhux jixtru fil-ghama. ll-management tal-
biccerija issa qed jipretendi li jimponi fuq l-bicciera li dawn ma
jibqghux ihallu lix-xerreja jaghzlu u jiddeciedu huma xi jridu jixtru
wara li jkunu raw x'inqatel, izda li jixtru fl-ghama.
Is-sistema il-gdida timponi wkoll kundizzjonijiet li jaghmluha impossibbli
ghal-bicciera li jahdmu ghax la huma u lanqas il-biccerija m’ghandhom l-ingenji
u l-facilitajiet li jaghmluha possibbli li x-xoghol isir kif qed ikun iddettat.
Il-problema m'hiex wahda ta’ igene, issostni l-GRTU, ghax dwar dan il-bicciera
lesti biex jaddottaw regolamenti ta’ ilbies u proceduri, imma ta’
regolamenti li m’humiex applikabbli ghas-suq zghir Malti fejn ma
jinbieghx annimal shih lix-xerrej imma bicciet skond id-domanda li kull hanut
ghandu. Hu ghalhekk bilfors li jrid isir wiri u tqattiegh li normalment
f'bicceriji kbar ma jsirx.
Il-GRTU qed taghmel kull sforz biex twassal lil bicciera ghal ftehim imma
f'nuqqas ta’ ftehim il-GRTU kienet kostretta biex b'effett mil llum it-Tnejn 8
ta’ Ottubru l-bicciera ma jixtrux bhejjem minghand ir-rahhala u ghalhekk mil
llum 8 ta’ Ottubru mhux ser issir qatla tac-canga fil-biccerija.
Dan l-GRTU mhux qed taghmlu
b'disprezz lejn ir-rahhala li lejhom minn dejjem kellha l-akbar rispett imma bi
protesta kontra l-imposizzjoni ta’ regolamenti li, bl-iskuza tal-igene, qed
ikissru l-istruttura kompettiva tas-suq u jkissru ix-xoghol tal-bicciera.