Il-GRTU twiddeb kontra min irid iwerwer
Il-GRTU ghada tircievi kuljum complaints minn sidien tal-hwienet li huma “mgeghla” jibdlu l-cash registers jew il-weighing machines tal-hwienet taghhom minnhabba l-Euro Changeover.
Il-GRTU twiddeb kontra min irid iwerwer
Il-GRTU ghada tircievi kuljum complaints minn sidien tal-hwienet li huma “mgeghla” jibdlu l-cash registers jew il-weighing machines tal-hwienet taghhom minnhabba l-Euro Changeover.
Il-GRTU terga tfakkar li bl-arrangamenti li l-GRTU wasslet mal-Gvern l-htiega li jinbidlu l-cash registers ma tezistix. Din tghodd wkoll ghall-weighing machines u apparat iehor. Il-GRTU wkoll issa wasslet biex tifinalizza mal-Gvern skema tat-Tax Credits agevolata biex min irid, u min irid biss, ikun jista’ jibdel l-cash register soft-ware jew apparat iehor u jiehu vantagg fiskali biex b’hekk parti sew minn dak li jonfoq titnaqqas mit-taxxa dovuta fuq il-profitti.
Ghalhekk mhux veru li tal-hwienet iridu bilfors jibdlu xi apparat. Anzi l-GRTU zgurat li l-Gvern jixtri hu u jqassam b’xejn, ‘price tagger’ li tinghata lil kull hanut li ghandu bzonnu biex jaghmel d-dual price display. Min ma jistax jaghmel dual price display jew m’ghandux l-cash register armat ghall-Euro ser jinghata b’xejn conversion tables biex l-konsumatur ikun moqdi bla htiega ta’ nfieq zejjed. Ghalhekk il-parir tal-GRTU lil tal-hwienet hu car: tidhlux fi spejjez zejda minhabba l-Euro Changeover u thallux lil min idejjaqkom bi kliem zejjed.
Il-GRTU toggezzjoni bil-kbir ghall-min b’ irriponsabbilta qed igennen lin-nies li tal-hwienet ser jabbuzaw mill-Euro Changeover. Min ikesskes lil-konsumatur kontra tal-hwienet skop hazing ghandu. Zgur mhux gid qed jaghmel.
Il-GRTU zgurat fil-ftehiem li ghandha mal-Gvern li tal-hwienet jinghataw il-facilitajiet kollha biex ma jkunx hemm abbuzi. Il-GRTU qed taghmel kull sforz biex tizgura li hadd ma jabbuza. Il-GRTU kunfidenti li bil-koperazzjoni ta’ kulhadd abbuzi ma jkunx hemm u ghalhekk il-konsumaturi m’ghandhomx ikunu mbezza’ mill-Euro Changeover. Il-GRTU qed taghmel kull sforz biex tal-hwienet kollha jikkoperaw u jizguraw li l-konsumaturi jkunu moqdija sew u b’gustizzja. Il-GRTU tistenna wkoll li l-Euro changeover Unit tfittex tqassam l-“price taggers” u l-conversion tables kemm jista’ jkun malajr ghax ma jiswa xejn li hwienet jghazlu li jidhlu fl-iskema FAIR imbghad ma jinghatawx l-ghodod biex jahdmu. Hemm htiega ghall-aktar eficjenza minn naha tal-Gvern. Imma zgur li m’hemmx lok ghall-imbixx u t-tkesskis kontra in- nies tan- negozju. Minn hadd.