· Il-Kredibilita tal-GRTU u tad-Direttur Generali Vince Farrugia
· Il-GRTU twiegeb lill-GWU u lis-Segretarju Generali Tony Zarb
Il-GWU permezz tas-Segretarju Generali taghha Tony Zarb iddecidiet li tiftah attakk kontra kull organizazzjoni nazzjonali membru tal-MCESD. Tony Zarb ghazel wkoll li jattakka b’mod partikulari lill-GRTU u lid-Direttur Generali taghha, Vince Farrugia. Skond Tony Zarb l-GRTU u d-Direttur Generali Vince Farrugia dawn mhux kredibbli ghax kuntrarjament ghall dak li taghmel l-GWU u s-Segretarju Generali Tony Zarb ma jattakkawx lill-gvern kontinwament hi x’inhi l-kwistjoni.
|
.
Il-GRTU u l-kelliem ewlieni taghha Vincent Farrugia jikkummentaw fuq dak kollu li jolqot lis-sidien tan-negozji u s-self employed kas b’kas. Jikkumentaw fuq bazi ta’ konsistenza wahda: il-gid tas-settur rapprezentat mill-GRTU. Dan ma jkunx imhares billi ssir hsara lil pajjiz, u billi tinzera l-isfiducja tal-konsumaturi fil-gejjieni ekonomiku ta’ pajjizna kif qed taghmel il-GWU u s-segretarju generali taghha bl-attakki ingusti fuq l-imsiehba l-ohra tal-MCESD.
Fejn il-gvern u l-awtoritajiet jikkonsultaw u jiehdu decizjonijiet ghaqlija l-GRTU ma tiddejjaqx tfahhar u tghid prosit. Fejn il-gvern ikun arroganti u jimponi bla konsultazzjoni u ftehim il-GRTU ma tiddejjaqx tikkritika u tikkundanna. Il-GRTU lanqas ma tiddejjaq tiehu azzjoni fejn ikun hemm htiega. Izda mhux azzjoni skond xi agenda sigrieta. Il-GRTU u d-Direttur Generali Vince Farrugia m’ghandhomx agenda sigrieta. Kas car hu kif tkellmet il-GRTU dwar is-Sea Malta u dwar il-kwistjoni tat-tariffi tad-dawl, ilma u fuels.
Il-GRTU tghid li l-gvern zbalja bl-ikrah dwar il-kwistjoni tad-dawl, ilma u fuels u qed thedded lil gvern li tiehu azzjoni ta’ protesta permezz tat-trasportaturi u distributuri jekk il-gvern ma jfittix li jpoggi madwar il-mejda u jikkoregi l-izbalji kbar li ghamel bis-soluzzjoni ingusta li mpona. Il-GRTU resqet il-kas quddiem il-Kummissjoni Ewropea u fil-granet li gejjien ser tibda proceduri legali kontra l-Enemalta fejn l-Enemalta ser tinzamm responsabbli ghad-danni li qed isoffru n-negozji milquta hazin bl-imposizzjoni ta’ tariffi tad-dawl u fuels li huma bi ksur tad-Direttivi Ewropej. Ghall-GRTU fejn hemm l-alternattiva tad-diskussjoni, rapprezentazzjoni u azzjoni legali, taghzel dawn qabel azzjoni li jkollha impatt negattiv fuq il-kummerc. Ghalhekk li l-GRTU ikkritikat l-azzjonijiet tal-GWU ghax dawn mhu qed igibu xejn hlief inkwiet u aktar tkissir tal-fiducja baxxa li ghandhom il-konsumaturi f’perjodi tal-Milied tant importanti ghall-kummercjanti.
Dwar is-Sea Malta l-GRTU hi sodisfatta bil-mod li mexa l-Ministru Austin Gatt u l-kumpanija Grimaldi u tqies li d-decizjonijiet li ttiehdu huma l-ahjar fic-cirkustanzi u jawguraw tajjeb ghall-futur tal-ekonomija Maltija.
Il-GRTU u d-Direttur Generali Vince Farrugia jibnu il-kredibilita taghhom billi jkunu konsistentament favur is-sewwa u l-haqq ghas-settur li jirraprezentaw u fl-ahjar interess tal-ekonomija Maltija u l-koezjoni socjali ta’ pajjizna.
|
| |