SME BAROMETER (Q3 2024) traffic congestion and overpopulation feature as important issues impacting businesses
30 October 2024
The Malta Chamber of SMEs earlier today published the results of the SME Barometer (Q3 2024)...
Il-GRTU twiddeb lill-Liquigas u lill-Gvern biex ma jcahhdux lill-konsumaturi minn sistema' tad-distribuzzjoni tal-gass li dejjem hadmet. – Is-Sistema' tad-distribuzzjoni tal-gass li ghandna f'pajjizna hi unika ghal Ewropa. M'hemmx Gvern iehor li impona fuq id-distributuri li jridu jqassmu c-cilindri tal-gass l-obbligu li jqassmu u jbieghu lil kull familja tghix fejn tghix, fil-widien, fuq l-gholjiet, fl-isqaqien, fit-toroq bit-turgien, u dan bla ebda hlas zejjed. Id-distributuri huma wkoll obbligati li jbieghu c-cilindri ta' kull fornitur, hemm kemm hemm suppliers fis-suq, dejjem skond l-ghazla tal-konsumatur. Il-kundizzjonijiet li l-Gvern ghabba fuq id-distributuri hi pacuta bil-patt li jkunu huma biss esklussivament li jqassmu c-cilindri.
Dan biex l-ispejjez ta' tqassim jinfirxu bejn fejn hemm ftit tbatija u fejn hemm hafna tbatija u d-distributuri jkun jfendu ukoll ghax id-distributuri huma obligati li jqassmu ta' kulhadd hemm kemm hemm fornituri ta' cilindri. Dan il-ftehim kien sar originarjament mal-Enemalta bl-approvazzjoni u l-firma tal-Ministru, u wara li spiccat mil-gass, l-Enemalta ghaddiet dan il-ftehim u r-rabta kuntrattwali ma' kull distributur lil Liquigas li xtrat l-operat minghand l-Enemalta. Huma gew, investew, imma wkoll accettaw il-kundizzjoni li jhaddmu s-sistema tad-distribuzzjoni bieb bieb li ilha stabbilita s-snin u li l-konsumatur imdorri biha.
Issa Liquigas jidher li ma jridux aktar jonoraw dan il-ftehim, meta sa Dicembru tas-sena l-ohra argumentaw li mhux biss id-distributuri kienu marbuta maghhom imma li ma riduhomx ibieghu c-cilindri ta' haddiehor. L-ufficju tal-Kummerc Gust f'Dicembru tas-sena l-ohra ddecieda li l-obbligu tad-distributuri hu li jqassmu lil kullhadd u ta' kullhadd. Issa Liquigas jridu jkissru s-sistema li qdiet lil Maltin ghal tant snin u jridu bilfors idahhlu s-sistema taghhom b'kompetizzjoni diretta ma' l-istess distributuri li huma fil-fatt l-agenti taghhom stess u bil-kuntratt l-agenti ta' Liquigas stess. Dan qed isir f'attentat bla sens li Liquigas tahtaf l-ftit profitti li jaghmlu d-distributuri.
Il-GRTU qed tigbed l-attenzjoni tal-pubbliku li dak li qed tipproponi l-Liquigas mhux gust u se johloq hafna inkwiet bla bzonn u hu ta hsara mhux biss ghad-distributuri u l-familji taghhom u ghal impjegati taghhon imma wkoll ta' hsara ghal konsumaturi. L-ewwelnett mhux gust li l-Liquigas qed taqbad u tinjora l-ftehim li wirtet minghand l-Enemalta fejn li kienet taf bih. It-tieni mhux vera li Liquigas ghandha licenzja li tista' taghmel biha trid inkluzi li tikkompeti direttament mad-distributuri fid-distretti taghhom. Dik il-licenzja hi l-istess bhal ma kellha Enemalta u hi licenzja li hi legalment sabrogata lid-distributuri. Din bhal dak li ghandu hanut u krieh lil haddiehor. Issa s-sid ma jistax x'hin ifettillu jaqbad u jmur imexxi n-negozju hu meta jkun krieh avolja tieghu.
Il-Ministru George Pullicino u l-Malta Resources Authority jafu li fl-irhula zghar taghna m'hemmx lok ghal tlett sistemi (u aktar jekk johorgu licenzji ohra) ta' trakkijiet kollha jigru u jqassmu c-cilindri bieb bieb. Is-sistema li ghandna llum u li ila tahdem is-snin twal tista' titranga imma li titkisser biex jitpaxxa Liquigas ghax xi hadd fil-Gvern m'ghandux hila jiddefendi sistema li l-poplu kuntent biha ma taghmilx sens, u l-GRTU qed topponi dan bil-kbir.
Liquigas kemm ilha f'Malta s'issa problem wahedha – daqqa m'hemmx cilindri, daqqa m'hemmx valvi, daqqa regolaturi zbaljati u daqqa skuza ohra. Issa jridu jkissru lid-distributuri u jcahhduhom mill-qliegh gust taghhom. Dan ghaliex it-teritorju li kull distributur ghandu hu zghir wisq biex jinqasam bejn tlieta jew erbgha sistemi paraleli. Liquigas fasslu fuq il-karti progett b'ghaxar distretti. Din storja bhal tal-Arriva. Pjanta fuq il-karta li x'hin tithaddem zgur li se ggib konfuzjoni. Il-GRTU m'ghandiex dubju li bhalma Liquigas flimkien man-nuqqas ta' sorveljanza adatta tal-awtoritajiet tal-Gvern huma responsabbli ghal mod esagerat ta' kif fi ftit snin ghola l-prezz tal-gas u baghta l-aktar il-konsumatur, hekk wkoll jekk titkisser is-sistema ta' distribuzzjoni mdorrijin biha u li hadmet u qed tahdem, mhux biss jitkissru u jfallu lid-distributuri, imma jbatu l-konsumaturi, l-aktar l-anzjani u dawk li jghixu fl-imbieghed, u dan kollu biex jizdiedu l-profitti ta' Liquigas.
Il-GRTU qed tghid dan kollu pubblikament ghax jekk Liquigas se tithalla timponi s-sistema taghha qisu xejn mhu xejn, jew xi skuza ta' xi Unjoni Ewropea, skuza li mhix valida zgur li gej l-inkwiet ghax il-GRTU mhu se taccetta qatt li grupp zghir ta' self employed kopert b'kuntratti miftehma jigu kkalpessati qishom huma u l-familji u l-impjegati taghhom mhuma xejn. Kienet Liquigas li sena ilu holqot l-inkwiet ghax ippruvat tkisser lil kompetitur milli jikkompetilha billi juza l-istess sistema stabilita ta distributuri tal-gas. Issa kif bdiet il-kesha Liquigas qed tipprova tohloq problema ohra bl-ghan car li xxewwex lil konsumaturi kontra d-distributuri. Il-GRTU ghalhekk qed tappella lil pubbliku biex ma jiccappsux ma din il-loghba jekk mhux b'xejn, b'rispett lejn id-distributuri li dejjem garrewlhom fuq darhom u sa biebhom ic-cilindri li kellhom bzonn, u li hekk jixtiequ jkomplu jaghmlu.
Il-GRTU qed tavza lill-Gvern li mhux se toqghod ghar-rikatt tal-Liquigas u mhu se taccetta qatt li kuntratt li jiddefendi l-ghixien ta' grupp ta' self employed jitkisser b'kapricc u l-Gvern jibqa' jhares. Is-self employed irid jigi protett bis-serjeta u bil-fatti. Il-GRTU tistenna li l-Gvern li kien hu li ghadda r-responsabilta ta' prodott essenzjali bhal ma hu l-gass lil Liquigas, li issa jizgura li ma jhalliex lil Liquigas, ghax ghandhom kwazi monopolju, li jharbtu s-sistema ta' distribuzzjoni ta' gass li l-poplu Malti mdorri biha.
Il-GRTU zgur li ma tridx inkwiet u ma trid l-ebda strajk u l-ebda tfixkil lill konsumaturi. Izda jekk Liquigas se jithallew jaghmlu li jridu l-GRTU mhux se toqghod ghaliha u tohrog dawk id-direttivi kollha mehtiega lill-membri kollha taghha biex Liquigas tigi mizmuma milli timponi r-rieda taghha. Dan il-GRTU qed tghidu pubblikament ghax kif jidhru l-affarijiet, u bil-mod kif l-awtoritajiet qed jahslu idejhom minn din il-kwistjoni, li gej l-inkwiet biex min hu responsabbli jfittex jirranga s-sitwazzjoni hazina li holoq u jzomm lil Liquigas milli tivvinta inkwiet bla bzonn li la hu fl-interess taghha bhala kumpanija kummercjali li verament trid thares il-quddiem lejn snin twal ta' relazzjoni industrijali u kummercjali gusti, u zgur li mhux fl-interess ta' konsumaturi u ta' pajjizna.
The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.
A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).