SME Chamber

Il-GRTU twiddeb lil Gvern dwar il-kwistjoni tar-Riciklagg tal-Iskart

Il-GRTU – Kamra Maltija ghan-Negozji Zghar u Medji – qed tesprimi b’mod pubbliku l-inkwiet taghha dwar il-mod kif il-gvern qed imexxi fuq il-kwistjoni tar-riciklagg tal-iskart. Sa llum ftit li xejn saret konsultazzjoni mal-GRTU li tirraprezenta l-firxa l-aktar wiesa ta’ negozji, servizzi u intraprizi mifruxa ma’ Malta kollha. Jidher izda li l-gvern diga ddecieda wahdu l-linji li fuqhom ser imexxi. Aghar minn hekk jidher li hawn min hu infurmat ghax forsi ghandu xi privilegg specjali, filwaqt li ohrajn li ghandhom dritt li jkunu nvoluti, qed jithallew barra.

Il-GRTU – Kamra Maltija ghan-Negozji Zghar u Medji – qed tesprimi b’mod pubbliku l-inkwiet taghha dwar il-mod kif il-gvern qed imexxi fuq il-kwistjoni tar-riciklagg tal-iskart. Sa llum ftit li xejn saret konsultazzjoni mal-GRTU li tirraprezenta l-firxa l-aktar wiesa ta’ negozji, servizzi u intraprizi mifruxa ma’ Malta kollha. Jidher izda li l-gvern diga ddecieda wahdu l-linji li fuqhom ser imexxi. Aghar minn hekk jidher li hawn min hu infurmat ghax forsi ghandu xi privilegg specjali, filwaqt li ohrajn li ghandhom dritt li jkunu nvoluti, qed jithallew barra.

Il-GRTU twiddeb li mhux ser taccetta l-izball goff li sar meta l-gvern qabad u impona l-Eco Tax. Meta ddahhlet din it-taxxa stramba l-gvern qabad u ddecieda wahdu allavolja kien avzat mill-GRTU li dik kienet taxxa iebsa u li kienet ser tiddetermina ghas-snin li gejjin dak li ser isir dwar ir-riciklagg. Is-sidien tan-negozji llum isostnu li la l-gvern qed jithallas permezz tal-Eco Tax huma m’ghandhomx ikunu mghobbija wkoll bi spejjez ohra, aktar u aktar meta l-gvern behsiebu jzid il-lista ta’ prodotti li jsoffru l-Eco Tax.

Milli qed jinghad s’issa jidher li l-gvern behsiebu jillegisla biex jimponi fuq is-sidien tal-hwienet u negozji ohra bhal bars, snack bars u hwienet ohra biex dawn ikollhom bilfors jimponu hlas extra bhala deposit fuq il-minerali u prodotti ohra fil-hgieg, plastic u metal. Dan biex il-konsumaturi jkunu mgieghla jiehdu l-iskart lura minn fejn xtrawhom. L-indikazzjonijiet kollha li ghandha l-GRTU juru bic-car li n-nies tal-hwienet u negozji ohra ma jridux li n-negozji taghhom jsiru depositi ta’ dan l-iskart. Il-gvern jaf li llum m’hemm l-ebda ligi li ttihom is-sahha jimponu haga bhal din fuq is-sidien tal-hwienet. Il-bicca l-kbira tan-negozji la ghandhom fejn, la jridu dan l-inkarigu u l-ispejjez li dawn igibu maghhom, u lanqas ma jistghu, ghal ragunijiet ta’ igene u sahha, jsiru depositi tal-iskart. Is-sidien tal-hwienet qed ikunu avzati mill-GRTU biex joqghodu attenti ghall-manuvri bhal dawn.

Il-GRTU trid ghalhekk li l-gvern jaghmilha cara li mhiex l-intenzjoni tieghu li jimponi b’ligi sistemi ta’ depositi li jikkastigaw l-konsumaturi u lil tal-hwienet. Il-GRTU trid wkoll l-gvern jiddikjara minn kmieni li mhux l-intenzjoni tieghu li jimponi monopolju meta jigi ghall-permessi ghall-istabilimenti li jridu jinvestu f’impjanti ta’ riciklagg u fil-gbir ta’ skart indikat. Il-GRTU trid ukoll li l-gvern, wara konsultazzjoni mal-imsiehba socjali, ewlenija fosthom il-GRTU, jistabilixxi x’inhi l-ahjar policy ghal Malta dwar gbir ta’ skart u riciklagg u uzu alternattiv ghall-iskart.

Il-GRTU trid li l-gvern ma jeskludiex il-possibilita ta’ incendjatur terminali modern kbir li jkun jiflah ghall-kwantita kbira ta’ skart kummercjali u industrijali u li minnu Malta tkun tista’ tiehu fornitura sostanzjali ta’ elettriku. Fuq kollox il-GRTU trid li d-diskussjoni dwar dan il-qasam tinfetah berah u mhux tibqa’ bejn il-kwinti fejn jidhlu biss dawk li jghidu li huma esperti u l-poplu u l-istakeholders l-ohra jkunu infurmati biss permezz ta’ dak li l-awtoritajiet jiddeciedu li jxandru. Il-GRTU qed tavza lis-sidien tan-negozji biex ikunu lesti ghal direttivi minghand il-GRTU f’kaz li t-talbiet tal-GRTU jaqghu fuq widnejn it-torox.

Din hi kwistjoni li tolqot lis-setturi kollha li tirraprezenta l-GRTU u l-GRTU tghid minn issa li timmobilizza l-membri fi protesti jekk il-gvern jghoddos rasu u jmexxi wahdu u jimponi.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).