Il-GRTU mhi involuta f’ebda ftehim dwar l-introduzzjoni
tal-Eco-Tax kif seta’ gie mifhum minn dak li intqal dwar ftehim mal-korpi
kostitwiti dwar l-introduzzjoni ta’ din it-taxxa gdida.
Il-GRTU f’isem
l-importaturi u retailers tal-apparat domestiku u industrijali bhal fridges,
washing machines, cookers, heaters, air conditioning, television sets u apparat
elettroniku, tyres, batteriji, u xorb minerali, resqet l-ilmenti taghha lil
gvern, izda l-gvern baqa’ ma tax risposta.
|
Il-GRTU tqies li
l-introduzzjoni ta’ din it-taxxa qabel l-ewwel gimgha ta’ Jannar 2005 tkun
ingusta u kiefra kemm ghall-importaturi u retailers kif ukoll ghall-konsumaturi.
Il-GRTU tqies ukoll li jekk din it-taxxa tiddahhal minghajr tnaqqis ekwivalenti
fil-livell ta’ taxxi ezistenti u mill-pizijiet fuq in-negozju din it-taxxa tkun
tfisser telf ta’ impjieg lil mijiet ta’ haddiema. In-negozji milquta ma jifilhux
ghal spejjez aktar u ma jistghux isoffru din it-taxxa gdida bla ma jnaqqsu
l-impjegati.
Il-gvern meta fassal din il-ligi ma kkonsulta ma’ hadd, ma’
studjax l-impatt ekonomiku taghha fuq n-negozji milquta u l-effett
diflazzjonarju fuq l-ekonomija Maltija li hi diga’ fi stat deflazzjonarju u fuq
kollox ma tax zmien lin-negozji milquta biex jippjanaw ghal din it-taxxa. Meta
l-gvern qed jimxi b’dan il-mod il-gvern qed jinjora il-proceduri li suppost
jimplimenta issa li Malta hi membru ta’ l-Unjoni Ewropea. In-norma Ewropea hi
l-process li qed tinssiti fuqha l-GRTU. Bl-Eco-Tax il-gvern qed jgholli l-hajja
u fl-istess waqt icekken l-attivita’ ekonomika.
Il-GRTU tibqa’ ssostni
bl-aktar mod qawwi li l-imposizzjoni tal-Eco-Tax fuq l-istocks ezistenti ghand
in-negozji tkun ingustizzja kbira u jikkostitwixxi precedent ikrah li gvern
x’hin ifettillu jista’ jimponi taxxi godda fuq prodotti ga’ fis-suq. Din hi haga
li qatt ma’ grat qabel. Hu ghalhekk li l-GRTU ma tista’ qatt taccetta
imposizzjoni esagerata bhal din. Jekk it-taxxa tkun imposta fuq l-istocks
il-GRTU tkun kostretta li titlob lil membri japprovaw resoluzzjoni biex taxxa
ingusta hekk imposta huma ma jhallsuhiex u ma jhaddmuhiex.
Il-GRTU qed
tghid car u tond li jekk il-gvern jibqa’ ghaddej bl-imposizzjoni ta’ din
it-taxxa minghajr ftehim mall-imsiehba socjali kollha il-gvern ikun qed jghedded
bis-serjeta’ il-process li ghadu kif nbeda biex Malta titmexxa fuq Patt Socjali
miftiehem. Il-GRTU il-bierah ghaddiet dan il-messagg lil gvern u lill-imsiehba
socjali l-ohra fil-laqgha tal-MCESD li fiha nbeda il-process ghan-negozjati dwar
il-Patt Socjali. Il-GRTU qed issostni li ma jistax ikun li l-gvern jitkellem
dwar Patt Socjali miftiehem imbaghad fl-istess waqt jimponi taxxa gdida li ma
jridha hadd.
|
| |