Wara li l-GRTU semghet numru konsiderevoli ta’ ilmenti minn zviluppaturi li qed jiffacjaw problemi kbar ikkawzati mid-decizjoni tal-Gvern li l-Pjanijiet Lokali kif emendati bl-ahhar tibdil fil-konfini tal-izvilupp ikunu implimentati b’lura daqs li kieku l-pjanijiet kienu dejjem kif approvati issa, il-GRTU qed tappella lill-Gvern biex id-decizjoni li ha, jibdila. Il-GRTU issostni li l-MEPA qed tonqos li mhux qed thalli perjodu ta’ transazzjoni fejn l-applikazzjonijiet li kienu pprezentati skond il-Pjanijiet Lokali kif originarjament abbozzati jibqghu ikunu kkunsidrati bhala validi.

Id-decizjoni tal-Gvern fil-fatt tfisser li min applika fuq il-Pjanijiet Lokali kif kienu meta applika issa sab li l-applikazzjoni tieghu m’ghadhiex tghodd. Dan ifisser ukoll li xi hadd issa jrid jidhol responsabbli ghall-ispejjez kbar li gew imgghela jsoffru dawn l-applikanti li wettqu l-ispejjez skond dak li kienet tghid il-ligi dakinhar. Ma’ dawn l-ispejjez iridu ukoll jizdiedu t-telf kummercjali li dawn l-investituri se jbatu wara li gew skwalifikati l-applikazzjoni taghhom bl-emendi il-godda li qed ikunu implimentati b’lura.
Il-GRTU ghalhekk bhala l-organizazzjoni nazzjonali li titkellem f’isem l-izviluppaturi qed titlob il-Gvern li jirrevedi l-posizzjoni tieghu, l-ewwelnett ghax id-decizjoni hi ngusta, u t-tieni biex ikunu evitati hafna litigazzjonijiet bla bzonn ghax hadd mill-applikanti milquta ngustament mhu ser joqghod ghat-telf impost fuqhom b’mod arbitrali. Il-GRTU qed tirrakomanda li l-Gvern jinterveni bl-istess mod li ntervena fi kwistjonijiet ohra tal-ippjanar sabiex l-applikazzjonijiet pendenti qabel l-approvazzjoni tal-Pjanijiet Lokali kif emendati jkomplu jigu processati skond it-Temporary Provisions Schemes (TPS) ezistenti fil-mument tal-applikazzjoni. Dan specjalment fir-rigward ta’ dawk l-applikazzjonijet li kienu konformi mat-TPS precendenti u fejn l-applikazzjonijiet kienu jikkwalifikaw taht l-abbozzi tal-Pjanijiet Lokali. L-izviluppaturi, membri tal-GRTU ihossu li applikazzjonijiet bhal dawn ghandhom jigu meqjusa bhala validi u l-permess jinhareg skond kif kienet il-ligi qabel.
Il-GRTU tixtieq soluzzjoni dwar din il-kwistjoni qabel il-laqgha generali tal-izviluppaturi li l-GRTU qed issejjah ghas-7 ta’ Settembru fejn l-izviluppaturi jiddiciedu x’azzjoni ghandhom jiehdu flimkien biex tkun rimedjata s-sitwazzjoni gravi li nholqot bil-mod ingust kif il-MEPA qed timplimenta d-decizjoni tal-Gvern dwar il-Pjanijiet Lokali kif emendati.