SME Chamber

Il-GRTU tkompli tinsisti ghall-Decizjoni Issa Dwar ic-Charges tal-Banek fuq Credit u Debit Cards

Ghat-tieni darba f’inqas minn xahar l-GRTU l-Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji,  regghet appellat lill-Prim Ministru, bhala Ministru tal-Finanzi, biex il-Gvern jiddeciedi issa, qabel id-dhul tal-Euro, dwar il-kontroll tal-hlasijiet imposti mill- banek bhala issuers tad-debit cards u bhala Merchant acquirer tad-ditti ewlenin tal-credit cards,  Master Cards u Visa.

Il-GRTU qed tinsisti fuq erba punti:

 

1.       Debit Cards – Id-debit cards li johorgu l-banek Maltin u li llum qed isiru aktar popolari fl-uzu taghhom mal-konsumaturi ghax–xiri taghhom regolari, m’ghandhomx jibqghu jgorru l-hlas esagerat tat-2% imposta fuq ir-retailers u s-sidien tal-hwienet. Dan hu prezz li l-banek Maltin jimponu minn jeddhom fuq id-debit cards taghhom ghall-uzu lokali m’ghandhom l-ebda obbligi li jridu jhallsu lil xi Master Card jew Visa. Il-Hlas ta’ 2% fuq it-turnover impost lil tal-hwienet fuq dawn id-debit dards lokali hu hlas esagerat u ghandu jitnehha, jekk hemm bzonn b’Avviz Legali. L-Avviz Legali ghandu jimponi limitu ta’ mhux aktar minn 0.02 li hu bizzejjed biex ikopri l-pizijiet zghar amministrattivi. Din decizjoni li tista tittiehed anke qabel id-dhul ta’ l-euro ghaliex tiffacilita hafna transazzjonijiet waqt il-perjodu mportanti tal-bidla.

2.       Credit Cards – Il-Banek bhala l-agenti tal-credit cards ewlenin, l-aktar iz-zewg monopolji kbar Visa u Master Card, jimponu hlasijiet MIF – (Multilateral Interchange Fees) li fuqhom l-istess banek jzidu l-margini addizzjonali taghhom. Dawn il-hlasijiet jimponuhom fuq is-sidien tal-hwienet u n-negozji b’mod diskriminatorju skond is-settur tan-negozju u skond l-kobor u t-turnover  tan-negozju. Id-diskriminazzjoni qawwija hija kontra n-negozji z-zghar. Il-kwistjoni tal-MIF – (Multilateral Interchange Fees), il-GRTU flimkien mal-assocjazzjonijiet l-ohra membri tal-EuroCommerce, qed tiggielidha fuq front Ewropew u qed nistennew li l-Kummissjoni Ewropeja tiddeciedi li timponi hi tnaqqis sostanzjali fuq dawn ic-charges imposti minn ditti bhall Master Card u Visa. Il-hlasijiet agguntivi li jzidu l-banek lokali fuq l-uzu ta’ dawn il-credit cards u l-mod diskriminatorju kif jimponu t-tariffi taghhom hi, izda, suggetta ghall-kotrolli lokali. Il-GRTU qed tappellalek biex fuq dawn il-hlasijiet addizjonali wkoll il-Gvern u l-Regolatur Pubbliku jistabbilixxi rata minima li l-banek u agenti tal-credit cards jistghu jimponu. Il-GRTU tippreferi li l-hlasijiet massimi jkunu stabbiliti ukoll b’Avviz Legali. Dan ghandu jsir fl-inqas zmien possibli, prefferibilment ukoll, qabel ic-changeover ghall-Euro.

3.       Charges Inizjali u Annwali – Il-banek lokali jimponu charges inizjali meta wiehed jiehu credit card u wara dawn l-hlasijiet jsiru annwali. Diga hemm decizjonijiet tal-Kummissjoni Ewropeja kontra l-impozizzjonijiet ta’ charges bhall dawn. Dawn ic-charges hemm oggezzjoni qawwija kontrihom minn Ufficji tal-Kummerc Hieles f’diversi pajjizi Ewropej u barra l-Unjoni Ewropeja. Pajjizi ohra diga llegislaw dwar it-tnehhija taghhom. Il-GRTU tistenna li Malta wkoll tiehu passi simili. Fil-kas ta’ Malta, hu mportanti aktar, ghax dawn ic-charges extra kienu ddahhlu meta s-suq ta’ l-interessi bankarji kien ghadu ristrett. Illum ghalhekk m’hemmx posthom u huma pizijiet ghal kollox zejda. Ir-Regolatur ghandu jordna t-tnehhija ta’ dawn ic-charges jew ahjar it-tnehhija ghandha tkun inkluza wkoll fl-Avviz Legali.

4.       Taxxa – Piz ghal kollox zejjed impost fuq il-credit card users hija t-taxxa li kien impona l-Gvern ghaxar snin ilu bil-ghan li jrazzan l-uzu tal-credit cards. Illum din hija taxxa ghall-kollox zejda u diskriminatorja, ghaliex il-konsumatur ghandu dritt ta’ l-ghazla bejn li jhallas cash jew b’card ta’ kreditu jew debitu. Il-GRTU ghall-darba ohra tappellalek biex telimina din it-taxxa

 

Il-GRTU qed tesigi li l-Gvern jimplimenta d-decizjoni tieghu bla aktar telf ta’ zmien ghaliex kull jum li jghaddi li fih tibqa s-sistema tal-hlasijiet li hemm illum ikunu qed jaghmlu tajjeb ghalihom in-nies tan-negozju u l-konsumaturi.

 

Hon. Lawrence Gonzi, K.U.O.M.,LL.D.,M.P

Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi

Auberge de Castille,

Valletta CMR 02

 

11 ta’ Dicembru 2007


Ghaziz Prim Ministru,

 

 

Il-Kwistjoni tac-Charges Esagerati mill-Banek fuq Credit u Debit Cards

 Il-GRTU ghall-darba ohra tappellalek biex issib soluzzjoni, preferibbilment qabel id-dhul ta’ l-euro, ghall-problema tal-hlasijiet bla kontroll li l-banek, bhala l-agenti jew l-issuers tad-debit cards u credit cards l-aktar popolari fis-suq, jimponu fuq ir-retailers u n-nies ohra tan-negozji u minghand dawn, u wkoll direttament, fuq l-konsumaturi.

 

Il-kwistjoni, kif kelli l-opportunita li nispjega fid-dettall lis-Segretarju Parlamentari l-Onor. Tonio Fenech u lill-Professur Joe Bannister Chairman tal-MFSA – (Malta Financial Services Authority) bhala r-Regolatur Pubbliku, tinqasam fit-tlieta:

 

1.       Debit Cards – Id-debit cards li johorgu l-banek Maltin u li llum qed isiru aktar popolari fl-uzu taghhom mal-konsumaturi ghax–xiri taghhom regolari, m’ghandhomx jibqghu jgorru l-hlas esagerat tat-2% imposta fuq ir-retailers u s-sidien tal-hwienet. Dan hu prezz li l-banek Maltin jimponu minn jeddhom fuq id-debit cards taghhom ghall-uzu lokali m’ghandhom l-ebda obbligi li jridu jhallsu lil xi Master Card jew Visa. Il-Hlas ta’ 2% fuq it-turn over impost lil tal-hwienet fuq dawn id-debit dards lokali hu hlas esagerat u ghandu jitnehha, jekk hemm bzonn b’Avviz Legali. L-Avviz Legali ghandu jimponi limitu ta’ mhux aktar minn 0.02 li hu bizzejjed biex ikopri l-pizijiet zghar amministrattivi. Din decizjoni li tista tittiehed anke qabel id-dhul ta’ l-euro ghaliex tiffacilita hafna transazzjonijiet waqt il-perjodu mportanti tal-bidla.

2.       Credit Cards – Il-Banek bhala l-agenti tal-credit cards ewlenin, l-aktar iz-zewg monopolji kbar Visa u Master Card, jimponu hlasijiet MIF – (Multilateral Interchange Fees) li fuqhom l-istess banek jzidu l-margini addizzjonali taghhom. Dawn il-hlasijiet jimponuhom fuq is-sidien tal-hwienet u n-negozji b’mod diskriminatorju skond is-settur tan-negozju u skond l-kobor u t-turnover  tan-negozju. Id-diskriminazzjoni qawwija hija kontra n-negozji z-zghar. Il-kwistjoni tal-MIF – (Multilateral Interchange Fees), il-GRTU flimkien mal-assocjazzjonijiet l-ohra membri tal-EuroCommerce, qed tiggielidha fuq front Ewropew u qed nistennew li l-Kummissjoni Ewropeja tiddeciedi li timponi hi tnaqqis sostanzjali fuq dawn ic-charges imposti minn ditti bhall Master Card u Visa. Il-hlasijiet agguntivi li jzidu l-banek lokali fuq l-uzu ta’ dawn il-credit cards u l-mod diskriminatorju kif jimponu t-tariffi taghhom hi, izda, suggetta ghall-kotrolli lokali. Il-GRTU qed tappellalek biex fuq dawn il-hlasijiet addizjonali wkoll il-Gvern u l-Regolatur Pubbliku jistabbilixxi rata minima li l-banek u agenti tal-credit cards jistghu jimponu. Il-GRTU tippreferi li l-hlasijiet massimi jkunu stabbiliti ukoll b’Avviz Legali. Dan ghandu jsir fl-inqas zmien possibli, prefferibilment ukoll, qabel ic-changeover ghall-Euro.

3.       Charges Inizjali u Annwali – Il-banek lokali jimponu charges inizjali meta wiehed jiehu credit card u wara dawn l-hlasijiet jsiru annwali. Diga hemm decizjonijiet tal-Kummissjoni Ewropeja kontra l-impozizzjonijiet ta’ charges bhall dawn. Dawn ic-charges hemm oggezzjoni qawwija kontrihom minn Ufficji tal-Kummerc Hieles f’diversi pajjizi Ewropej u barra l-Unjoni Ewropeja. Pajjizi ohra diga llegislaw dwar it-tnehhija taghhom. Il-GRTU tistenna li Malta wkoll tiehu passi simili. Fil-kas ta’ Malta, hu mportanti aktar, ghax dawn ic-charges extra kienu ddahhlu meta s-suq ta’ l-interessi bankarji kien ghadu ristrett. Illum ghalhekk m’hemmx posthom u huma pizijiet ghal kollox zejda. Ir-Regolatur ghandu jordna t-tnehhija ta’ dawn ic-charges jew ahjar it-tnehhija ghandha tkun inkluza wkoll fl-Avviz Legali.

4.       Taxxa – Piz ghal kollox zejjed impost fuq il-credit card users hija t-taxxa li kien impona l-Gvern ghaxar snin ilu bil-ghan li jrazzan l-uzu tal-credit cards. Illum din hija taxxa ghall-kollox zejda u diskriminatorja, ghaliex il-konsumatur ghandu dritt ta’ l-ghazla bejn li jhallas cash jew b’card ta’ kreditu jew debitu. Il-GRTU ghall-darba ohra tappellalek biex telimina din it-taxxa.

 
Il-GRTU ma tarax ghaliex ir-retailers u s-sidien ta’ negozji ohra ghandhom jibqu jsofru telf mill-profitti limitati taghhom biex jadduhom lill-banek u lid-ditti tal-credit cards. Il-GRTU wkoll thoss li fiz-zmien meta kullhadd qed jitkellem dwar l-impatt ta’ nfieq zejjed fuq ir-retailers u li dawn m’ghandhomx triq ohra  hlief li jghadduhom lill-konsumaturi, hu mportanti li l-Gvern jiehu passi. Hadd ma ghandu jippretendi li tal-hwienet u s-sidien tan-negozji jibqghu jsofru dawn il-hlasijiet kollha minn bwiethom meta l-piz fuq it-turnover taghhom huwa ghall-kollox esagerat. Illum dawn ic-charges kollha qed jimponu wisq  fuq il-prezzijiet li jaslu ghand il-konsumaturi ghal-prodotti u s-servizzi ghaliex l-volum ta’ xiri li jsir permezz ta’ credit card u debit cards qieghed jaccellera b’ mod rapidu.

 

Ghalekk li l-GRTU qed tesigilek b’enfazi  li tiehu l-mument opportun tal-bidla ghall-euro u twettaq l-passi mehtiega.

 

 

Inselli ghalik,

Vince Farrugia

Direttur Generali

GRTU

 

c.c.       Hon. Tonio Fenech – Segretarju Parlamentari – Ministeru tal-Finanzi

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).