Fil-laqgha
tal-MCESD tal-Gimgha 27 ta’ Lulju 2007 il-GRTU kompliet tinsisti mall-Gvern li
fil-Budget li gej l-gvern irid ikompli irazzan in-nefqa pubblika u jkompli
jirriforma s-sistema tat-taxxi biex in-nies jibqalhom aktar flus
fil-but.
Fil-laqgha
tal-MCESD tal-Gimgha 27 ta’ Lulju 2007 il-GRTU kompliet tinsisti mall-Gvern li
fil-Budget li gej l-gvern irid ikompli irazzan in-nefqa pubblika u jkompli
jirriforma s-sistema tat-taxxi biex in-nies jibqalhom aktar flus
fil-but.
Il-GRTU
ma taqbel xejn ma dawk kollha li jghidu li l-Maltin huma fost l-anqas intaxxati
fl-Ewropa. Wiehed bizzejjed isaqsi liz-zaghzagh u
lin-nies kollha ta income medju u
l-aktar l-koppji li t-tnejn jahdmu biex wiehed ikun jaf kif il-bands tal-Income Tax imposti fuq kull min
jahdem bi qliegh jaghfsu bil-kbir u kif dawn malajr jwasslu ghall-ghola rata ta’
taxxa u iwasslu fejn fl-Ewropa l-pensjonanti huma
ntaxxati?
Il-GRTU
trid li fil-Budget li gej il-gvern ikompli jwessa l-bands tat-taxxa u jibda wkoll l-process li
jnaqqas l-ghola rata tat-taxxa. Ir-rata ta’ 35% m’ghadiex
taghmel aktar sens f’pajjiz fejn il-gid irid jikber bl-isforzi ta’ min jahdem u
ta min johloq ix-xoghol privat.
Il-GRTU
trid ukoll li l-gvern idahhal is-sistema li dahhlu l-pajjizi z-zghar l-ohra
fl-Unjoni Ewropea fejn min jahdem ghar-rasu jkun ezentat fuq dhul sa livell miftiehem biex liz-zghir ituh cans jikber u mhux
kulhadd qed jitkisser bit-taxxi. Il-GRTU
tfakkar li wara li min jipproduci u jahdem jitlef hafna min dak li jaqla f’taxxa
diretta, milli jibqalu imbaghad jrid jiffaccja l-18% VAT fuq kull ma jixtri u
mposizzjonijiet qawwija ohra bhal ma hi s-surcharge esagerata fuq il-kontijiet
tal-elettriku.
Fil-laqgha
tal-MCESD li ddiskutiet l-proposti tal-gvern ghall-Budget li gej l-GRTU
irsistiet bil-kbir biex il-gvern b’effett mill-Budget li gej jwaqqaf s-serq
sfaccat lil min jasal ghall-pensjoni fejn l-gvern qieghed icahhdu milli jkompli
jahdem bi qliegh ta’ aktar mill-paga minima jew inkella jitlef l-pensjoni. Il-GRTU issostni li llum
huma hafna li wara 40 sena jhallsu l-kontribuzzjonijiet socjali u jaslu
ghall-eta tal-pensjoni dawn jkunu jridu jibqghu
jahdmu.
Il-Gvern
qed igieghel lil dawn in-nies jew li jitilfu mill-paga,
jew jiddikjaraw falz jew jabbandunaw l-pensjoni. Dan meta ghall-hafna
sidien tal-intraprizi x-xoghol ta’ dawn in-nies hu importanti u hafna drabi dawn
in-nies huma indispensabbli.
Is-sitwazzjoni hi ghar ghas-self
employed ghax dawn ikollhom jew jitilfu
l-pensjoni jew iwaqqfu n-negozju specjalment fejn hadd mill-familja ma jrid
ikompli biex xoghol. L-ghar imbaghad hi li min jitlef il-pensjoni biex jibqa’ jahdem ikun
irid, kemm hu kif wkoll min ihaddmu, jibqa mgieghel ihallas
il-kontribuzzjonijiet socjali u jhallas l-income tax bl-ghola livell.
Ghallhekk
il-messagg tal-GRTU
hu car: hallu aktar flus fil-bwiet ta’ min
jahdem ghalihom u hallu lil min irid jahdem jibqa’ jahdem bla ma
tisirquh/ha