Illum il-GRTU ghamlet Press Conference fejn id-Direttur Generali Vince Farrugia u l-Kunsillier tal-GRTU Reuben Buttigieg, bhala President tas-sidien tal-hwienet u negozji ta’ Wied il-Ghajn, taw ir-ragunijiet ghaliex il-GRTU hi kontra l-progett tal-Fish Farms fil-bahar barra Wied il-Ghajn.
Il-GRTU qed tinsisti mal-gvern li l-progett ghandu jkun irtirat ghax ma jaghmilx sens la ekonomikament u lanqas mil-latt ta’ ambjent. Il-GRTU qed issostni li jekk dan il-progett jitwettaq ser ikun ta’ detriment kbir ghall-izvilupp u l-kummerc ta’ Wied il-Ghajn u l-lokalitajiet ta’ madwar.
Il-GRTU qed tmexxi l-protesta taghha mal-MEPA u ‘l quddiem ukoll fuq livell Ewropew. Il-GRTU izda thoss li l-gvern Malti ghandu, bla aktar telf ta’ zmien, jirtira dan il-progett ghax hu ta’ hsara ghal Malta.