Il-GRTU llum kellha diskussjonijiet mad-Direttur Generali tad-Dwana u l-esperti tieghu kif ukoll mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi l-Onor Tonio Fenech fejn il-GRTU inghatat dettalji ta’ x’qed isir mill-awtoritajiet biex tkun kontrollata l-problema kbira li qed tinholoq ghal hafna negozji bid-dhul ta’ kwantitajiet ta’ merkanzija b’sistemi li m’humiex regolari ghall-kummerc. Fost dawn hemm is-sistema li qed issir aktar frekwenti ta’ xoghol li jidhol f’Malta bil-vannijet u trasport privat u li jibqa’ ghaddej ghad-distribuzzjoni. Dan ix-xoghol qed jitpogga fuq is-suq bla VAT, b’vantagg ta’ nuqqas ta’ income tax u bla hlas ta’ eco-tax u qed johloq kompetizzjoni ingusta kontra xoghol li jkun dahal b’mod regolari u li jkun suggett ghat-taxxi kollha.

Id-Direttur Generali tad-Dwana ta spjega tal-investigazzjoni kollha li ssir b’ko-ordinazzjoni mal-NSO u mad-Dipartimenti tal-VAT, tal-Kummerc u tal-Biedja u assigura lil GRTU li id-dettalji kollha jinzammu u li l-awtoritajiet ghandhom id-dettalji kollha tat-tragit kollu li jsir.
Is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech assigura lil GRTU li l-ezercizju li sar hemm involut fih id-dipartimenti kollha li huma responsabbli mill-infurzar tal-ligijiet u b’rizultat tal-informazzjoni miksuba ser jittiehdu l-passi kollha, b’zieda ma’ dawk li diga ttiehdu, biex il-kummerc abbuziv kollu li qed jirrizulta jkun imrazzan. Mhux l-ghan tal-gvern li b’xi mod jindahal fil-moviment hieles tal-merca skond ir-regoli tal-Unjoni Ewropeja izda ser jittiehdu l-passi kollha ta’ infurzar biex ikun assigurat li il-kummercjant jkun protett mill-kompetizzjoni illicita.
Il-GRTU assigurat lil awtoritajiet mill-ko-operazzjoni taghha ghax mir-rizultat ta’ survey li l-GRTU ghadha kemm ghamlet fost in-negozjanti membri tal-GRTU hareg li din tal-kompetizzjoni ngusta minn prodotti li jidhlu Malta bla hlas ta’ taxxi u x’obligazzjonijiet ohra hi wahda mill-problemi kbar li minnha qed ibatu numru kbir ta’ traders u retailers.