F’isem il-membri tal-GRTU, il-Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji qed titlob l-Ombudsman li jinvestiga dak li qed taghmel it-Tax Compliance Unit. Dan wara li l-GRTU investigat hafna mill-ilmenti li wasslulha minn firxa wiesgha ta’ negozji.
Il-GRTU temmen li t-TCU qeda tmur Ultra Vires billi tipproponi kuntratt lis-sidien tan-negozji f’setturi differenti fejn is-sid tan-negozju jkun “mgieghel” jaccetta kemm ser ihallas taxxa bil-quddiem. Il-GRTU tqies li dan mhux biss mhux skond il-ligijiet fiskali ta’ pajjizna u jxellef l-iskop ta min fassal is-sistema tat-taxxi ta’ Malta, izda huwa per se diskriminatorju.

Il-GRTU temmen li kulhadd ghandu jhallas it-taxxa skond kif inhu mitlub mill-ligi. Il-GRTU zgur mhux qed toggezjona li l-evazur jinqabad izda dan irid isir b’mezzi gusti. Il-GRTU ilha ssostni minn meta twaqqfet it-TCU li hadd ma ghandu d-dritt li jivvinta sistemi li mhux ikkontemplati mil-ligi. L-ebda ‘policy’ ma tista tbiddel l-ligi, u l-ebda sistema ngusta m’ghandha tkun gustifikata.
Il-GRTU temmen ukoll li s-sistemi li qed jintuzaw biex tingabar certu informazzjoni jirfsu l-konvenzjoni Ewropeja tad-drittijiet tal-bniedem. Il-GRTU tqies li n-negozjant Malti wicc mb’wicc mat-TCU ghandu nqas drittijiet milli ghandu kriminal. Mhux sewwa li s-sidien tan-negozji qed ikunu stmati b’dan il- mod ingust.
Barra minn hekk it-TCU fil-kazi mressqa quddiem il-GRTU jidher li tghaddi messaggi u taghti impressjoni ta’ affarijiet li mhumiex minnhom. Il-GRTU ghandha fiducja li l-Ombudsman jinvestiga l-operat tat-Tax Compliance Unit u jirregola l-mod kif it-TCU qed tezercita id-dmirijiet fdati f’idejha.
Filfrattemp il-GRTU qed taghti l-parir lil sidien tal-intraprizi li:
1. Ma jiffirmawx kuntratti li qed ikunu imgieghla jiffirmaw mit-TCU
2. Li ma jitkelmux mal-Ufficjali tat-TCU minghajr l-prezenza ta’ avukat jew konsulent fiskali
3. Li qabel jersqu jew iwiegbu ghal domandi tat-TCU ikunu infurmati sewwa x’inhuma obbligati taht il-ligi li jaghtu lit-TCU bhala informazzjoni ghax mhux dak kollha li qed ikun mitlub, it-TCU ghandha dritt ghalih bil-ligi