Il-GRTU gibdet l-attenzjoni tal-Ministru Dr Tonio Fenech u l-Ministru Dolores Christina ghall-kwistjoni serja li l-membri taghha mis-settur tal-kostruzzjoni u l-izvilupp ghandhom mall-Ufficcju tat-Taxxi Interni (Monte di Pieta').
Il-kwistjoni tirrigwarda z-zmien li fih xoghol gewwa sit tal-kostruzzjoni jigi stmat ghal finijiet ta' taxxa. L-Ufficcju tat-Taxxi Interni ma jorbotx lill-kuntrattur jibdiex x-xoghol jew le fil-gurnata prevvista fil-permess mahrug mill-MEPA, izda meta jibghat l-Perit mill-Ufficcju tat-Taxxi Interni sabiex jevalwa l-proprjeta', jevalwawha fuq dak li jsibu.
Din s-sitwazzjoni tigri meta l-kuntrattur jinqabad fi zmien hazin bhal ma hi ghaddejja l-industrija tal-kostruzzjoni bhalissa. Ix-xoghol hu skars u l-kuntrattur ma jaffordjax izomm in-nies bil-paga u bla xoghol sakemm jasal fuq il-post il-Perit sabiex jaghmel valutazzjoni tal-proprjeta'. L-alternattiva hi li jkecci n-nies, haga li l-ebda kuntrattur m'ghandu jkun kostrett li jaghmel.
Il-GRTU mhiex qed tirreferi ghal xoghlijiet ta' kontroversja, jekk jsirux jew le izda xoghol normali li ghalihom jkun lest li jerfa' r-responsabbilta' l-kuntrattur. Li qed jigri illum huwa li l-Periti nkarigati minn dan ix-xoghol qeghdin jistmaw sit ta' kostruzzjoni meta jmorru fuq il-post, gieli xhur shah wara li jkun sar kuntratt, minghajr ma jaghtu kaz (1) liema xoghilijiet kienu saru wara l-kuntratt jew (2) f'kaz ta' bejgh ta' sit mibdi, minghajr ma jaghtu kaz min mill-bejjiegh jew ix-xerrej ikun wettaq dak ix-xoghol.
Il-GRTU qalet li hi disposta li tiltaqa' ma min hu ikkoncernat biex tinhadem sistema aktar adatta u fl-istess hin titlob l-intervent taghkom biex din is-sitwazzjoni titranga.