SME Chamber

Il-GRTU titlob Azzjoni Immedjata mill-MTA u mhux aktar Studji


1.
Il-GRTU – Malta Chamber of Small and Medium Enterprises – tinnota b’dispjacir
kbir li ghal darb’ohra l-Malta Tourism Authority (MTA) qed tiffanfra bi studju
gdid li ser tniedi. Jidher li l-MTA mihiex konxja tar-responsabbiilta’ enormi li
ghandha ghall-istat hazin li tinsab fiha l-ekonomija Maltija llum. Parti kbira
tal-htija tal-ghawg li ghandna hija li t-turizmu mhux jikber u qed jaqa’ lura u
b’hekk qed jonqos il-bejgh tan-negozji, l-qliegh u l-impjiegi. It-turizmu hu
l-uniku sbokk serju li jista jaqla’ l-ekonomija Maltija mill-istat ta’ stagnar
li qeghda fih minhabba in-nuqqas tat-tkattir tal-Prodott Gross Domestiku
(GDP).

2. L-operaturi kollha, sidien ta’ negozji, self employed u
haddiema li l-ghixien taghhom jiddependi mis-success fil-qasam tat-turizmu jridu
azzjoni u mhux aktar studji. Matul dawn l-ahhar snin l-MTA infniet fl-istudji,
fl-istrutturi interni u fl-infieq esagerat fuq l-operat intern taghha u ntefqu
somom esagerati f’kunsulenti u fi spejjez amministrattivi. Instaghbu l-iskuzi
kollha biex jiggustifikaw ir-rizultati mhux sodisfacenti ghac-cirkustanzi
ekonomici attwali u hziena li l-ekonomija Maltija qed issoffri minnhom bhalissa.

3. Hu ta’ ghajb li meta din is-sena aktar miljuni ta’ nies fl-Ewropa
kollha saru konxji tal-ezistenza ta’ Malta u tal-potenzjal turistiku ta’
pajjizna bis-sahha tad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja fl-1 ta’ Mejju 2004,
l-Awtoritajiet tat-Turizmu flok li nefqu aktar fuq il-bejgh ta’ pajjizna
fl-Ewropa kollha, u ghamlu sforz hafna akbar biex igibu aktar turisti lejn
Malta, qeghdin jinhlew f’studji li jpoggu lin-nies taghhom f’aktar incertezza u
b’inqas entuzjazmu li jahdmu. U ta’ ghajb ukoll li ghadna fis-sitwazzjoni li
l-Ewropej li jridu jigu Malta mhux kollha qed isibu l-mezzi biex jigu
f’pajjizna.

4. Il-gvern irid jara bis-serjeta’ li l-MTA tirnexxi.
Tirnexxi bla hela ta’ aktar hin u rizorsi. Waqt li l-MTA tinfena fl-istudji
n-negozji Maltin u x-xoghol tal-haddiema taghhom qed jizvinaw. Kullhadd lest
biex jghabbi t-taxxi u l-pizijiet godda fuq s-sidien tan-negozji u min bi flus
tal-istess sidien hu responsabbli li jgib ix-xoghol minn barra qed jinhela
fil-ftahir, fl-istudji u fic-cifri.

5. Il-pajjiz mill-MTA jrid azzjoni.
Azzjoni deciziva li ggib rizultati mmedjati. Jekk mhux ser jsir hekk ser nibqghu
nbatu lkoll.

Min hu responsabbli jaqbillu
jistenbah.

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).