Il-Burdnara minn Tnejn 3ta’ Lulju 2006 mhux ser jaccettaw li jhaddmu r-rata ta’ hlasijiet godda.
Il-Burdnara minn Tnejn 3ta’ Lulju 2006 mhux ser jaccettaw li jhaddmu r-rata ta’ hlasijiet godda.
Bis-sistema tat-tariffi kif kienet sa issa, kull importatur kien qieghed ihallas :
Container 20ft : Lm 93.25 bhala terminal handling charges u Lm 38.53 bhala cargo handling charges total ta’ Lm 131.78
Container 40ft : Lm 136.25 bhala terminal handling charges u Lm 77 bhala cargo handling charges, total ta’ Lm213.31
Bit-tariffi l-godda li gew imhabbra l-bierah l-importatur qed jigi jintalab ihallas Lm 92.15 ghal 20ft u Lm 152.79 ghal 40ft.
Il-problema hija li sakemm ma jintlahaqx ftehim mall-agenti, dawn se jibqghu japplikaw l-istess terminal handling charges ta’ Lm 93.25 u Lm136.25 u ghaldaqstant kull container ser jhallas Lm185 u Lm288 ghal 20/40ft
Ghall-esportazzjoni minn Lm74.25 u Lm 127.25, ir-rati li se jithallsu ser jkunu Lm 142 u Lm 226.
Barra minn dan kollu l-burdnara qed ikunu mgeghla jmorru jhallsu fl-Ufficcju l-gdid li nfetah fil-Freeport minflok tal-Marsa.
Din hija nkonvinjenza kbira ghall-burdnara u ghalhekk qed jitolbu li jinfetah immedjatament Ufficcju fil-Marsa li huwa c-centru tal-attivitajiet u hlasijiet marbuta mall-portijiet.