Il-GRTU tipprotesta kontra l-implimentazzjoni tal-Late Payment Directive mill-lum l-1 ta’ Lulju 2005 bla pjan ta’ Mitigazzjoni favur n-negozji z-zghar
Il-GRTU tipprotesta kontra l-implimentazzjoni tal-Late Payment Directive mill-lum l-1 ta’ Lulju 2005 bla pjan ta’ Mitigazzjoni favur n-negozji z-zghar
l-Legal Notice 233/2005, Att Dwar L-Unjoni Ewropea (KAP. 460) Ordni ta’ l-2005 li jemenda l-Kodici tal-Kummerc li ddahhal fl-ezekuzzjoni f’Malta wkoll id-Direttiva Numru 2000/35/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Gunju, 2000 u li timponi penalitajiet kontra l-hlas tardiv f’operazzjonijiet kummercjali, fiha l-vantaggi ghan-negozji li qed idumu x-xhur, jekk mhux is-snin, biex jithallsu, u l-GRTU – l-Malta Chamber of Small and Medium Enterprises – dwar dan ilha titkellem, izda L.N 233/05 izzid bil-kbir il-pizijiet fuq hafna u hafna negozji zghar. Dawn in-negozji iridu jgorru dawn il-pizijiet godda b’zieda ma ruxmata pizijiet li diga ghandhom. Hafna negozji zghar illum ma jhallsux imghax fuq il-kreditu tan-negozju li jiehdu minghand dawk li jfornuhom, filwaqt li issa ser ikunu mgeghla jhallsu 10% fuq dawn il-krediti jekk ma jithallsux fi zmien xahar. Dawn il-pizijiet aktar iva milli le, fic-cirkustanzi tal-lum, ser jingarru mis-sidien tan-negozji ghax jew bhal fil-kaz tal-ispizeriji, il-profit margins huma fissi, jew inkella is-suq hazin tal-lum ma jiflahx zidiet fil-prezz tal-prodott. Fejn is-suq jiflah dawn ser jirriflettu f’zidiet fil-prezzijiet.
Il-Gvern isaqsi ghaliex l-inflazzjoni tiela xahar wara xahar u jwahhal fil-kummercjanti. L-ewwel jghabbi l-pizijiet wiehed wara l-iehor u wara jsaqsi ghaliex il-prezzijiet jgholew
Il-GRTU kienet tistenna li qabel ma l-gvern ghaggel u implimenta, kellu l-ewwel ikejjel l-impatt ekonomiku u wara flimkien mal-GRTU jfassal pjan biex jimmitiga l-impatt hazin ta’ dan l-Avviz Legali. Izda konsultazzjoni mall-GRTU ma saritx u jekk sar xi pjan ta’ mitigazzjoni dan sar biss biex ikun imhares l-interess tal-gvern stess u mhux tas-sidien tan-negozji zghar Malti
Il-GRTU tibqa issaqsi fejn hi l-istrategija ekonomika ta’ dan il-gvern?