IL-GRTU TWIDDEB LIL
MINISTRU "ISMA X'INHUMA JGHIDULEK IS-SIDIEN
TAN-NEGOZJI"
Il- GRTU
tqies li l-ordni li ta l-Ministru Jesmond Mugliett lil kuntrattur biex minn nhar
l-Erbgha jibda jkisser l-korsija li s'issa kien ghaddej it-traffiku minnha wara
li kienet issahhet ghal ta’ l- apposta biex tiflah it-traffiku, bhala decizjoni
zbaljata u arragonanti. Hi decizjoni ta'
sfida lis-sidien tan-negozji kollha ta’ San Gijan, Paceville u l-inhawi
tal-madwar.
'Inkredibbli
li bla ma l-anqas kellu d-dicenza jitkellem maghna, il-Ministru qabad u ha
decizjoni bhal din", ikkummenta Vincent Farrugia, Direttur Generali tal-GRTU.
"Jien tkellimt mar-rapprezentanti tal-hwienet ta' Bay Street u tat-toroq fejn
hemm l-aktar hwienet, u Philip Fenech, Vici-President tal-GRTU, tkellem
mas-sidien tal-postijiet tad-divertiment, ma’ tal-bars u tar-restoranti u kollha
fehma wahda, jghid Vincent Farrugia.
"Tkissirna
s-sena l-ohra u s-Sajf kollu, issa mhux behsiebna nsoffru matul il-festi li
gejjin wkoll ghax il-klijenti jevitaw li jigu dawn
in-nahat".
"Hekk
jitkellmu s-sidien tan-negozji", ikompli Vince
Farrugia.
Il-GRTU
tqies li l-Ministru Mugliett u l-ADT abbuzaw mill-fiducja tas-sidien
tan-negozji. Huma emmnu zbaljatament li l-Ministru u l-ADT kienu kapaci jmexxu
dan il-progett kif originarjament ippjanat. Sfortunatament kien jidher car
mit-tqanzieh u lajma li bih beda jsir ix-xoghol, li l-progett kien se jibqa’
jgebbed bl-aktar mod insapportabbli u stennew li l-awtoritajiet jiccaqilqu
bis-serjeta.
Issa hi vera
bla sens ghalhekk li l-Ministru flok li japologizza mas-settur privat
ghall-hsara bla qies li ikkawzalu b'dan id-dewmien kollu li l-Ministru minn fuq
jghid li la s-sidien qaghdu ghaliha qabel issa jkollhom ikomplu jissaportu
aktar. Din hi insensittivita ghall-wegghat tan-nies li l-ebda Ministru m'ghandu
jhaddem.
"Il-GRTU
tistenna li l-Ministru bla aktar telf ta' zmien jitkellem mal-GRTU qabel jibda
jkisser l-korsija u jara kif jhaddem iz-zewg korsiji matul iz-zmien tal-festi u
wkoll jiftiehem kif minn issa l-hemm
idahhal is-settur privat fil-monitoring tal-progett biex ix-xoghol jsir u
jitlesta sa data miftehma. Jekk il-Ministru jonqos li jaghmel hekk, il-GRTU
twiddbu pubblikament li ser ikollu l-inkwiet
mal-GRTU.
"ll-Ministru
l-fiducja tal-GRTU fuq dan il-progett tilifha. Issa jrid jerga’ jakkwistaha
b'azzjoni miftehma u accettabbli. ll-bqija l-konsegwenzi ghalih" iwissi Vince
Farrugia f'isem il-GRTU u l-komunita kummercjali ta’ San Giljan u
l-inhawi.