Il-Mexxejja
tal-GRTU iltaqghu mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi s-Sur
Tonio Fenech fejn ipprezentaw il-proposti tal-GRTU immirati biex is-settur
tal-intraprizi zghar u medji ta’ pajjizna jinghata l-ispinta li jehtieg. Il-GRTU
qed issostni li l-bicca l-kbira tan-negozji z-zghar ta’ pajjizna qeghdin taht
pressjoni qawwija. Minn naha wahda hemm il-Gvern u l-Korporazzjonijiet tal-Istat
li biex isolvu l-problemi finanzjarji taghhom qeghdin jghabbu taxxi, hlasijiet,
pizijiet u kundizzjonijiet ohra bla ebda kejl tal-impatt li dawn il-pizijet
kollha qed ikollhom fuq is-settur tal-intraprizi z-zghar. Minn naha l-ohra
d-domanda ghall-prodotti u servizzi hi baxxa u mhux ticcaqlaq il-fuq. Ir-raguni
ta’ dan hu li xejn mhu qed isir biex il-konsumatur u l-haddiem in-partikulari
jkun agevolat biex ikollu aktar flus fl-idejh disponibbli ghax-xiri, fl-istess
waqt l-gvern qed jippretendi li jibqa’ jzid it-taxxi fuq l-konsumatur. Dan kollu
l-GRTU sostniet qed iwassal biex hafna minn negozji illum qed joperaw
bit-telf.
Il-pizijiet qed ikunu assorbiti mis-sidien ghaliex
f’sitwazzjoni ta’ suq hazin ftit huma dawk li s-suq taghhom jippermettilhom li
jghollu l-prezzijiet biex ikopru zidiet fil-pagi, zidiet fil-prezzijet
tad-diesel, tal-licenzji u mpozizzjonijiet ohra. L-effett ta’ dan hu li s-settur
tal-intraprizi z-zghar li jiflah johloq impjiegi godda mhux talli mhux qed izied
l-impjiegi izda qed inaqqas. Il-GRTU issostni li l-assistenzi kollha li l-gvern
semma li gejjien mill-Unjoni Ewropeja mhux veru qed tasal ghand in-negozji
z-zghar ghax l-flus qed imorru kollha ghand il-Gvern u l-korpi statali biex
ikopru n-nefqa pubblika li dejjem qeghda tikber.
Il-proposta ewlenija
tal-GRTU hi li s-sidien jinghataw il-possibilita li joholqu Fond Kapitali
Specjali ghall-izvilupp tan-negozju taghom. Il-flus li jitpoggew f’dan il-Fond
ikunu investiti f’Bonds li l-Gvern johrog ghalihom b’rati ta’ imghax favorevoli
biex jinkoraggihom. Il-flus li l-proprjetarji tan-negozji jzommu f’dawn il-Fond
jkunu hielsa mill-hlas tal-income tax u kull bejgh ta’ proprjeta li d-dhul minna
jidhol f’dan l-Fond jkun ezentat mill-capital gains tax u mit-taxxi fuq
it-trasferiment ta’ proprjeta. Is-sid jkollu hames snin zmien li fihom ikun irid
jinvesti dawn il-Fondi fi progetti godda skond kriterji miftehma. Jekk il-flus
f’dan il-Fond ma jkunux investiti fi progetti li joholqu mpjiegi godda, jkattru
l-livell tat-teknologija u joholqu gid ekonomiku gdid, is-sid jkun obligat li
jhallas it-taxxi kollha li jkun iffranka waqt li l-Fond ikun qed ikun akkumulat.
Il-Bonds li l-gvern johrog jonfoqhom fil-bini ta’ fabbriki u assistenza
lill-intraprizi taht l-iskemi tal-Malta Enterprise. B’din l-iskema l-GRTU temmen
li s-sid jkollu l-akbar incentiv li jhaddem flusu fil-holqien ta’ gid u xoghol
gdid. Kull skema li s’issa haddem il-gvern biex ihajjar investiment gdid
mill-impredituri z-zghar ftit li xejn hadmet ghax ma kienux skemi imfassla
bl-incentivi gusti u saru bla ebda konsultazzjoni u minghajr ma taw kaz
tal-kummenti tar-rapprezentanti tan-negozji z-zghar.
Il-GRTU resqet
Memorandum dwar il-proposti li qed taghmel bhala parti mill-kampanja immirata
biex iggieghel lill-Gvern u s-sistema burokratika tahseb bis-serjeta fin-negozji
z-zghar ta’ pajjizna.
Id-diskussjoni mas-Segretarju Parlamentari
fil-Ministeru tal-Finanzi saret fil-bidu tal-preparattivi ghall-Budget 2005 biex
il-Gvern ikollu l-hin li jivvaluta u janalizza dak li l-GRTU qed tipproponi.
|
|