SME Chamber

Il-GRTU tipprepara ghat-thaddim tad-Direttivi dwar Immanigjar ta’ skart

  1. Il-GRTU
    tipprezenta claim lill- Gvern f’isem il-kuntratturi tal-gbir ta’ skart

  2. Tapplika biex
    thaddem skemi ta’ mmanigjar ta’ skart f’isem l-kummercjanti

 

Zvilupp interessanti u importanti li Malta
hi obbligata li tghaddi minnu mil-bidu tas-sena d-diehla, hu dak tat-twettiq
tad-direttivi tal-UE, dwar separazzjoni, riciklagg u uzu iehor ta’ skart, b’mod
partikulari skart taht forma ta’ pakkeggjar ta’ kull prodott u wkoll skart ta’
prodotti ta’ natura elettronika jew elettrika.

 

Filwaqt li l-Gvern ipprepara l-qasam
legislattiv u qed johloq l-istutizzjonijiet bir-responsabbilita ghat-twettiq
ta’ dawn id-direttivi ambjentali, s-settur privat ukoll qed jorganizza ruhu
biex ihaddem skemi li jamlugha iktar facli ghan-negozjant Malti li jippartecipa
fix-xoghol li jrid isir minghajr piz kbir ghan-negozju tieghu u minghajr piz
addizjonali fuq l-konsumatur.

 

Il-GRTU f’isem is-setturi kummercjali u
ta’ servizzi li tirraprezenta, hadet inizjattivi biex jibdew jithaddmu zewg
skemi, wahda dwar l-iskart elettroniku u elettriku, bhall computers u televizjonijiet, fridges,
washing machines, cookers, ecc, u skema ohra, imfassla flimkien mal-FOI,
l-Kamra tal-Kummerc u l-MHRA, dwar skart bhall ma huma kaxxi, fliexken
tal-plastik u kontenituri ta' birer u minerali u ohrajn ikklassifikati bhala
ippakkegjar. Is-sena l-ohra l-GRTU kienet ghamlet kampanja kontra
l-introduzzjoni ta' skemi ta’ gbir ta' skart bhall dan marbuta ma hlas ta’
depositu minn naha tal-konsumaturi bil-ghan li l-konsumaturi jkunu mgghela
jiehdu dan l-iskart lura ghand tal-hwienet biex ma jitilfux id-depositi li
jkunu thallsu. Il-GRTU f’pakkett ta’ kontro-proposti li pprezentat lill- Gvern
izda pproponiet skemi fejn l-kummercjanti jidhlu huma ghal-thaddim ta’ gbir ta’
l-iskart isseparat u fejn il-gbir isir bieb, bieb. L-ghan tal-GRTU kien li
tal-hwienet jigu issalvagwardjati mill-ingombru u l-ixkiel zejjed li jgibu
maghhom skemi ta' depositu, filwaqt li l-familji Maltin ikun iffrankat lilhom
l-iskarigg b'boroz tal-iskart kull darba li jmorru jiextru u fl-istess waqt
il-familji Maltin jkunu nkorragguti li jisseparaw l-iskart taghhom kif jitolbu
d-direttivi Ewropej. Il-proposti tal-GRTU wkoll jahsbu ghall-gbir ta' l-iskart
elettroniku u elettriku (WEEE), u ghar-riciklagg ta' l-iskart kemm dak
tal-pakkeggjar kif ukoll dak elettroniku u elettriku. Bil-proposti tal-GRTU
il-familji Maltin igawdu ukoll minn skema gdida ta' gbir ta’ skart b'ingenji
ta' kwalita' ahjar milli ghandna llum.

 

L-iskemi li qed tipproponi l-GRTU
jiddependu sistema ta' gbir ta' skart fejn il-kuntratturi privati jfendu u jkun
jaqblilhom li jinvestu f'ingenji ta' kwalita u f'nies imharga ghall ta'
l-apposta. Biex tizgura li l-Waste
Carriers – l-operaturi tal-gbir ta’ l-iskart – ikunu f’pozizzjoni illi
jilhqu dan il-grad billi jaghmlu qliegh xieraq mhux biss li jhaddmu sistemi
moderni u efficjenti imma wkoll li jinvestu f'ingenji godda ta’ kwalita,
il-GRTU resqet ukoll pjan lill-Gvern ta’ x'ghandu jsir biex dawn l-operaturi
jittellghu fuq grad aktar dicenti. L-ghan tal-GRTU hu li dan il-pjan jibda
jithaddem fil-ftit xhur li gejjin.

 

B’risultat ta’ dan kollu l-Gvern bhalissa
qed ihaddem Task Force maghmula minn
rapprezentanti tal-Gvern u tal-Privat biex dak li qed ikun propost mill-GRTU
flimkien mal-imsiehba socjali l-ohra jkun jista jibda jithaddem.

 

Il-GRTU laqqet l-operaturi kollha tal-gbir
tal-iskart fis-sala tal-Kazin tal-Banda ta’ San Pawl il-Bahar biex tispjegalhom
xinhu jsir u xinhi tipproponi l-GRTU f'isimhom. F’din il-laqgha d-Direttur
Generali tal-GRTU Vince Farrugia nforma lill- operaturi li l-GRTU kienet
ipprezentat stima ta’ l-ispejjez tal-operat ta’ garr ta’ skart f’Malta u
f’Ghawdex u pprezentat rimedji ghall-problemi li jezistu. L-aktar rimedju
qawwi, u li fuqu qed tinsisti l-GRTU bis-support shih tal-Waste Carriers kollha li fil-maggoranza assoluta taghhom huma
kollha msiehba fil-GRTU, hu li b’effett immedjat il-Gvern johrog suppliment ta’
Lm4.17 fuq kull vjagg li jaghmel kull trakk go kull distrett. Dan il-claim il-GRTU qed titlobha biex il-Gvern
jikkumpensa ghaz-zieda qawwija li kien hemm fil-prezz tad-diesel bejn Jannar 2003 u Dicembru 2007.

 

Vince Farrugia sostna li kull vjagg kien
qed iqum Lm6.22 fil-bidu ta’ 2003 u issa fl-ahhar tal-2007 sar Lm10.39.

 

“Din hi zieda qawwija ferm biex l-operatur
jgorruha u jsoffruha minn buthom,” qal Vince Farrugia, “Jekk din il-problema
l-Gvern ma jsolvijiex fl-iqsar zmien possibli s-sitema ta' gbir ta' skart
prezenti tikkrolla”.

 

“Illum ghandna sistema ta’ gbir ta’ skart
fejn l-Gvern mhux talli ma jistax jibni fuqha l-progetti ta’ gbir ta’ skart li
huwa obbligat li jwettaq mil-2008 skond kif qed tesigi l-Unjoni Ewropeja, izda
ghandu sistema li jekk mhux ser tkun imsahha u sostnutha l-hemm b’interventi
mill-Gvern Centrali  fil-ftit xhur li
gejjin il-Gvern ser jiffaccja problemi dwarha. L-informazzjoni li gabret l-GRTU
wara li kellmet lill-kuntratturi ta' l-igbir tal-iskart wiehed, wiehed turi li
terz ta' l-operaturi qed jahsbuha biex izarmaw fit-tlett xhur li gejjin u nofs
il-kumplament qed jghidu li huma decizi li jekk il-kwistjoni tad-diesel il-Gvern ma jsolvijiex huma
jieqfu mix-xoghol fi zmien sitt xhur, qal id-Direttur Generali  tal-GRTU.

 

“Ikun inutli li l-Gvern johlom li jrid
jaghti l-poplu Malti sistema efficjenti u moderna ta’ gbir bieb, bieb u
separazzjoni ta’ skart jekk ma jizgurax li dawn l-operaturi jibdew jaqilghu dak
li hu xieraq ghalihom u ma jkunux konstretti li jzarmaw” enfazizza Vince
Farrugia.

 

It-talba ta’ Lm4.17 ghal kull vjagg ghandu
jaghmel tajjeb ghaliha l-Gvern Malti u barra minn hekk il-Gvern ghandu jizgura
li l-flus kollha li l-Gvern Centrali jghaddi kull sena lill-Kunsilli Lokali
ghall-gbir ta’ skart bieb, bieb 
fil-fatt tmur kollha ghand il-kuntratturi u mhux sa 15% minnha tinzamm
minn l-istess Kunsilli Lokali.

 

“Il-Pjanijiet tal-GRTU huma bbazati fuq
sistema ta’ gbir bi trakkijiet moderni u adatti ghall-gbir ta’ skart separat u
b’operaturi mharga u mhallsa sewwa li jizguraw servizz ta’ kwalita. Dan hu li
Malta jixirqilha fis-snin li gejjin u dan hu l-ghan li ghalih qed tahdem
l-GRTU,” ikkonkluda Vince Farrugia.

 

“It-83 operatur li honqu s-Sala tal-Kazin
tal-Banda ta’ San Pawl il-Bahar kollha qablu li joqghodu ghal kull direttiva li
taghtihom il-GRTU biex fl-aqsar zmien possibli tigi rimedjata l-problema akuta,
li qed jiffacjaw dawn l-kuntratturi biz-zieda enormi fil-prezz tad-diesel. Jien cert li l-Gvern illum
ghandu f'idejh il-fatti kollha, ghandu wkoll ir-rieda politika li jwettaq
progetti ta' gbir ta' skart serji, u ghalhekk ma narax ghaliex il-Ministri
koncernati ma ghandhomx jikkonkludu din il-kwistjoni mal-GRTU fi zmien qasir”,
bassar Vince Farrugia.

 

 

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).