Fl-Laqgha kordjali li saret din l-Gimgha mas-Sindku u rapprezentanti tal-Kunsill ta' M'Xlokk u sidien ta' restoranti, il-GRTU, fakkret fid-diversi laqghat li saru dawn l-ahhar snin bejn l-Kunsill u l-GRTU sabiex jintlahaq l-ahjar arrangament bejn dawk kollha involuti fosthom: l-bejjiegha tal-monti, s-sajjieda, s-sidien tar-restoranti kif ukoll ir-residenti. Giet diskussa fid-dettal l-master plan li giet pprezentata mill-Lands lill-MEPA. Ovja l-problemi ma jonqsux, izda l-GRTU tibqa' l-medjatur sabiex ghan-nom tal-membri taghha flimkien mall-Kunsill, Awtoritajiet u dawk kollha nvoluti jinstab kunsens sabiex titnaqqas kull forma ta' burokrazija.
Il-GRTU talbet li jsiru xi alterazzjonijiet zghar fosthom l-posti ta' l-imwejjed u s-siggijiet u tigi mmarkata l-area ta' fejn qieghed jarma l-monti illum atar fid-dettal. Kemm l-GRTU kif ukoll l-Kunsill qablu li minghajr aktar dewmien, jintlahaq arrangament mas-sidien tal-Monti li jarma kuljum. Kif qieghed jarma llum, il-Monti qieghed ikun ta' detriment ghas-sidien tar-restoranti li qed jispiccaw bil-monti quddiemhom mit-Tnejn sal-Hadd, il-gurnata kollha sa ma jidlam. Dan qieghed johloq ukoll inkonvenjent sostanzjali ghal kull min izur Marsaxlokk dovut ghat-traffiku u n-nuqqas ta' parkegg. L-GRTU qeghda titlob sabiex tittiehed decizjoni finali mill-aktar fis sabiex jigi identifikat l-ahjar post sabiex jopera l-Monti. Il-Monti tal-Hadd ser jibqa jopera kif qieghed fil-prezent. Il-GRTU rringrazjat lill-Kunsill ghal kooperazzjoni shiha, u talbitu s-support f'decizjoni li tkun prattika, ekkwa u gusta fl-iqsar zmien possibbli.