Delegazzjoni tal-GRTU li kienet tinkludi il-President Paul Abela u d-Direttur Generali Vince Farrugia u l-membri tal-Kumitat tal-Burdnara, illum kellhom laqgha ta siegha mal-Prim Ministru, l-Onor. Dr. Lawrence Gonzi, u l-Ministru responsabbli mil-Portijiet, l-Onor. Censu Galea u s-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Edwin Vassallo. F’din il-laqgha r-raprezentanti tal-Burdnara spjegaw bid-dettall kif isir il-hrug u d-dhul ta’ containers mill-Portijiet u taw id-dettalji kollha tad-dokumentazzjoni u l-hlasijiet kollha li jridu jsiru biex container ikun rilaxxat mill-Freeport.
Delegazzjoni tal-GRTU li kienet tinkludi il-President Paul Abela u d-Direttur Generali Vince Farrugia u l-membri tal-Kumitat tal-Burdnara, illum kellhom laqgha ta siegha mal-Prim Ministru, l-Onor. Dr. Lawrence Gonzi, u l-Ministru responsabbli mil-Portijiet, l-Onor. Censu Galea u s-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Edwin Vassallo. F’din il-laqgha r-raprezentanti tal-Burdnara spjegaw bid-dettall kif isir il-hrug u d-dhul ta’ containers mill-Portijiet u taw id-dettalji kollha tad-dokumentazzjoni u l-hlasijiet kollha li jridu jsiru biex container ikun rilaxxat mill-Freeport.
Il-Burdnara spjegaw illi meta driver ta’ truck jitla l-Freeport huwa jkollu f’idejh id-dokumenti kollha li jkunu klerjati u mhallsa minn numru ta’ ufficini li huma kollha stabbiliti fiz-zona tal-Port l-Kbir. Dawn l-ufficini jinkludu mhux biss l-ufficju tal-hlas u l-clearance li sa l-ahhar ta Gunju kien stabbilit l-Marsa u li l-GRTU issa qed tipproponi li jkun fid-Dwana x-Xatt tal-Belt, izda wkoll id-diversi ufficini tad-Dwana mehtiega ghall-kull verifika u hlas, kif ukoll l-ufficini l-ohra bhall ma huma ta’ l-ambjent, tal-biccerija, tas-sahha u ta l-istripping, u l-ufficini kollha tas-shipping agents, li kollha kemm huma jinsabu fiz-zona tal-Belt, Floriana u Marsa. Il-Burdnara spjegaw li kull container ghandu l-istorja tieghu u ghalekk mhux possibli li l-paper work isir l-Freeport ghax f’Birzebbugia assolutament m’hemmx in-network ta ufficini relevanti li jezistu fl-inhawi tal-Port l-Kbir u ghalekk assolutament mhux prattikabli li jinqala ufficju wiehed biss miz-zona tal-Port l-Kbir meta l-ohrajn kollha ghadhom u ser jibqghu fiz-zona tal-Belt.
Ma taghmel l-ebda logika li l-Burdnara jew l-iskrivani taghhom joqghodu telghin u nizlin l-Freeport meta x-xoghol kollu mehtieg hu marbut ma l-inhawi tal-Port u dan kollu biex tal-Freeport ma jhallux zewg impjegati fiz-zona tal-Belt. Aktar u aktar meta illum hu maghruf li d-Direttur Generali tad-Dwana offrilhom l-facilitajiet kollha mehtiega biex l-Ufficju tal-Freeport ikun jista jahdem b’moghod efficjenti u bl-inqas skarrigg ghall-Burdnara u l-kummercjanti kollha li jridu jghaddu d-dokumenti biex ikunu rilaxxati l-containers.
Ir-rapprezentanti tal-Burdnara nfasizzaw mal-Prim Ministru li huwa ghall-kollox illogiku li l-Gvern jabbanduna l-politika dikjarata tal-Ministru responsabbli mil-Portijiet illi jkun stabbilit “one stop shop” fil Maritime Building ix-Xatt tal-Belt biex minflok isir ufficju fil-Freeport li ma jista qatt jaqdi l-funzjoni ta’ “one stop shop” ghaliex mhux koncenibbli li jiccaqalqu l-ufficini kollha l-ohra mehtiega biex ikunu rilaxxati containers b’partikularijiet differenti wiehed mill- l-iehor, ghaliex hekk jidirlu l-Freeport.
Il-Prim Ministru, skond il-wedgha li saret lill-GRTU, ikkonferma li huwa personalment ser jitkellem ma l-operaturi tal-Freeport biex tinstab soluzzjoni ghall kwistjoni marbuta ma l-ufficju ta’ hlasijiet u clearances. Il-Prim Ministru assigura l-GRTU li tinghata risposta. Li tittiehed decizjoni fil-ftit granet li gejjin.
Maghtul il-jum il-Burdnara kkoperaw bi shih ma l-operaturi tal-Freeport biex illum inharget kwantita’ record ta’ containers mil-Freeport biex fl-iqsar zmien possibli titnehha il-load li akkumulat maghtul l-granet li ma kienux qed jaghtu s-servizz tagghom l-Burdnara.
Mil-lum il-Burdnara bdew jipprezentaw lill-importaturi l-kontijiet l-godda li l-Burdnara qed jigu mgeghla jhallsu f’isimhom li jinkludu zidiet ta Lm56.80 fuq kull container ta l-erbghin u zidiet ta’ Lm 33.25 fuq kull container ta’ l-ghoxrin pied.