Punti mid-diskors ta' Dr. Josie Muscat Leader tal-Azzjoni Nazzjonali.
Il-Leader ta' l-Azzjoni Nazzjonali Josie Muscat, qal li l-Azzjoni Nazzjonali hassitha onorata li din kienet l-ewwel laqgha mis-sensiela li l-GRTU kellha taghmel mal-mexxeja tal-Partiti Politici kollha. Dr. Muscat qal li l-Azzjoni Nazzjonali qeghda turi bic-car dak li temmen u dak li trid tara l-pajjiz jirranga u mhux ghax gejja l-elezzjoni tipprova tidhol f'kompetizzjoni mal-partiti l-ohra fil politika ta l-irkant billi twieghed kollox lil kulhadd biex imbaghad wara l-elezzjoni joqghodu jibku li sabu dizastru finanzjarju u flok naghtu dak li nkunu weghdna nitolbu lin-nies jaghmlu sagrificcji.

Dr. Muscat tkellem fuq diversi sugetti li jinkwetaw lin-nies tan-negozju kif ukoll lin-nies tat-triq. Dr.Muscat stqarr li hadd mhu qed jghid il-verita tas-sitwazzjoni ekonomika u socjali tal-pajjiz u l-ewwel haga li l-Azzjoni Nazzjonali jesigi meta il-poplu ipoggieh fil-Parlament huwa li lill-poplu nghidulu l-verita kollha u kif inhi. Dr. Muscat tkellem ukoll fuq il-kontabbilita' fejn kulhadd fis-settur pubbliku inkluz il-ministru u ta' madwarhom ghandhom jaghtu rendikont ta' l-ghemil taghhom. Dr.Muscat stqarr il-preokupazzjoni kbira nazzjonali ghall-problemi socjali kbar li hawn fil-pajjiz u li barra li dawn qeghdin ikissru l pedamenti morali tal-pajjiz.Qeghdin ukoll jgherru il-pedamenti ta' min jahdem u tan-negozju li jridu jaghmlu tajjeb ghat-tahwid socjali li kull ma' jmur qieghed jikber.
Dr. Muscat enfasizza it-thassib ta' l-Azzjoni Nazzjonali fuq il-problem kbira ta' l-immigranti llegali kemm ta' dawk li jigu bil- bahar u kemm ta' dawk li jidhlu bil-Visa u jibqghu hawnhekk. Dan qed igib zbilanc fil-livell socjali tal-pajjiz barra il-problemi multi-kulturali li joholqu. Dr. Muscat tkellem ukoll dwar il-falliment fl-edukazzjoni fejn is-sistema li student jistudja in-noti tat-teacher li jghaddi mill-ezami li jigi klassifikat bhala bravu u meta l-istudenti johorgu ghad-dinja tax-xoghol dawn jintilfu ghax ma jkunux preparati ghalih. Azzjoni Nazzjonali temmen li l-iskejjel ghandhom jinbiddlu biex jkunu kulleggi specjalizzati li minnhom johorgu studenti mghallma u esperti fis-suggett li bih jkunu sejrin jaqilghu l-ghixien taghhom. Dr.Muscat tkellem ukoll dwar l-ekonomija fl-Ewropa u qal li mhux jinghad il-verita lill-poplu Malti u li dak li qieghed jigri madwarna u filwaqt li qeghdin nippruvaw inpengu sitwazzjoni sabiha lil poplu, il-verita hija li fl-ahhar xhur l-ekonomija fl-Ewropa naqqset u l-inflazzjoni zdiedet. U jidher li din ix-xghira ser tibqa' tizdied. Tkellem ukoll dwar l-energija alternattiva u kemm ma sar xejn biex intaffu il-piz tal-gholi taz-zejt u kkuntentajna billi nghollu is-surcharge biex inwittu il-piz.
Gew diskussi diversi suggetti mal-Kunsilliera tal-GRTU u Azzjoni Nazzjonali wriet id-dispozizzjoni taghha li tahdem ma' dan is-settur hekk importanti u vitali fl-ekonomija tal-pajjiz.