Il-GRTU din il-gimgha kitbet lill-Hon Pullicino u qaltlu hekk:
B'dispjacir kbir ninfurmawk illi jidher illi dak miftiehem mal-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali, wara process twil ta' konsultazzjoni li fih kont involut kemm inti personalment kif ukoll is-Segretarju Permanenti Dr. Cianter, gie skartat ghal kollox mill-Malta Resouces Authority. Dan l-atteggjament dispreggjattiv gie kristallizzat permezz ta' ittra mibghuta mill-MRA lill-membri tal-GRTU fl-4 ta' Jannar 2011, fejn filwaqt li intalab il-hlas tal-mizata ta' €200 fis-sena ghas-snin 2010/2011, ammontanti ghal €400, intalab ukoll il-hlas tal-etracking ammontanti ghal €425, u tal-level sensor ammontanti ghal €800 permezz ta' kopja annessa ta' ittra ohra datata 2 ta' Frar 2010, liema zewg hlasijiet kienu gew sospizi kif jidher mill-ittra ta' Dr. Ciantar tat-22 ta' Ottubru 2010 u li ad verbatim tghid "bis-sahha ta' din l-ittra, nixtieq nipprezenta l-pozizzjoni ta' dan il-Ministeru dwar il-punti pendenti".
Illi a skans ta' ekwivoci, l-ostinita' tal-MRA illi ma taghti kaz lil hadd, la tal-Ministeru u lanqas tal-GRTU bhala msiehba socjali skond il-ligi, giet verifikata mill-membri li marru fis-sede tal-MRA biex ihalsu l-mizata sabiex igorru l-ilma, izda li intalbu li jhalsu ukoll il-pagamenti sospizi ossija dawk ta' €425 u ta' €800, bi ksur tal-ittra ta' Dr. Ciantar.
Ghalhekk bil-prezenti ninfurmawk illi l-membri gew diretti sabiex ma jwettqu l-ebda hlas lill-MRA, sakemm ma tkunx iccarata l-pozizzjoni illi f'dan l-istadju l-hlasijeit li ser isiru huma biss dawk miftehma u patwita mal-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali, ossija (1) il-mizata ta' €200 fis-sena bhala mizata ghall-licenzja u (2) il-pagament ta' €110 ghall-module tal-ismart metering meta l-operaturi jissejhu biex jaghmlu dan il-hlas. Infakkruk illi skond dak miftiehem, is-sistema ta' level meter fuq it-trakkijiet gie sospiz; il-hlas tal-etracking gie sospiz u l-hlas ta' €100 ghall-wellhead cover gie sospiz.
Il-GRTU qeda tistenna risposta.