Iz-zieda fil-prezz tal-fuels tolqot bil-kbir lil hafna intraprizi. Tolqot l-aktar lil industriji, kummerc, stabilimenti tal-ikel u tal-akkomodazzjoni, fran, industriji tal-bini, trasportaturi ta’ kull tip ta’ servizz, garaxxijiet tat-tiswiji, bdiewa, sajjieda u hafna self-employed. Dawn huma kollha intraprizi li ghalihom m’hemm l-ebda zieda minhabba l-gholi tal-hajja. Kull min jista’ jgholli l-prezz tal-prodott jew servizz tieghu biex jaghmel tajjeb ghaz-zidiet. Izda il-bicca l-kbira assoluta dan ma jistghux jaghmluh ghax ikomplu jgharqu lilhom infushom f’suq li llum hu diga mifqugh u t-tendenza hi li tnaqqas il-prezzijiet biex tfendi.

Ghalhekk il-GRTU tinsisti li dawn iz-zidiet fil-prezzijiet tal-fuel huma qawwija wisq u qed jigru ta’ spiss. Il-gvern qed jghaddi z-zidiet fuq dahar is-self-employed u s-sidien tan-negozji filwaqt li jzomm il-livell ta’ taxxa fuq il-fuels fuq il-livell gholi li dejjem kien. Il-GRTU issostni li l-gvern ghandu jibda jtaffi ftit mit-taxxi qawwija li jdahhal minn fuq il-bejgh tal-fuels. Dan mhux biss jghin biex tinzamm il-kompetitivita f’hafna servizzi, izda zzomm milli jkomplu jitkissru hafna negozji zghar. Barra minn hekk bit-tnaqqas ragunat u proporzjonat mit-taxxi fuq il-fuels il-gvern ikun qed jinkoragixxi lil hafna sidien ta’ intraprizi jharsu l-quddiem b’fiducja. Bhalissa dawn ma jarawx hlief dalma ikkagunata minn pizijiet kbar ta’ taxxi u spejjez ohra.