Il-Kunsill Ezekuttiv
Nazzjonali tal-GRTU Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji f'isem l-eluf
ta' membri tal-GRTU u f'isem is-sidien tal- intraprizi u self-employed
fis-settur kbir rapprezentat mill-GRTU, tifrah lil l-Onorevoli Dr Joseph Muscat
ghall-elezzjoni u l-hatra tieghu bhala Prim Ministru ta' Malta.
Il-GRTU
tawguralu l-akbar success b'fiducja shiha li taht il-gwida tieghu l-Gvern gdid
ta' Malta jwettaq il-pjanijiet u aspirazzjonijiet li l-poplu Malti u Ghawdxi
b'mandat enormi fdaw f'idejh.
Il-GRTU tifrah wkoll lil
Partit Laburista ghar-rebha kbira elettorali fl-Elezzjoni tad- 9 ta' Marzu 2013
u tawgura li jibqa' jsir kull sforz biex b'hila u entuzjazmu jintlahqu l-aspirazzjonijiet
maghzula demokratikament mill-poplu Malti u Ghawdxi.
Il-Kunsill Ezekuttiv
Nazzjonali tal-GRTU jifrah u jawgura wkoll lill-Membri Parlamentari kollha
eletti.
Il-Kunsill Ezekuttiv Nazzjonali tal-GRTU jiehu din
l-opportunita biex jirringrazzja lil l-Onor Dr Lawrence Gonzi ghax-xoghol siewi
kollu tieghu u tal-Gvern immexxi minnu matul is-snin li kellu f'idu il-mandat
tat-tmexxija ta' pajjizna.