
Il-GRTU tifrah mal-poplu Malti kollu
ghal votazzjoni favorevoli tal-Parlament Ewropew biex Dr Tonio Borg jiehu postu bhala l-Kummissarju Ewropew
gdid minn Malta. Nesprimu wkoll is-sodisfazzjon tal-imsiehba taghha
ghas-solidarjeta' li urew il-forzi politici ewlenin Maltin li b'sens kbir ta'
ghaqda haddmu flimkien biex Malta regghet fl-anqas zmien possibbli qed tiehu
postha fil-kullegg tal-Kummissarji Ewropej.
Il-GRTU tirrikonoxxi lil Dr Tonio Borg
bhala wiehed mill-istatisti Maltin li jgawdi stima kbira minn kullhadd u bhala
Parlamentari hu dejjem kien ta kontribuzzjoni pozittiva u leali. Il-GRTU dejjem
kellha l-ahjar relazzjoni ma' Dr Tonio Borg fis-snin kollha li dam Ministru u
hu dejjem kien ta' sapport ghal proposti tghana favur is-sidien tan-negozji
zghar Maltin u tas-self-employed
Maltin u Ghawdxin.
Il-GRTU ghandha fiducja shiha li Dr
Tonio Borg iwettaq id-dmirijiet tieghu bhala Kummissarju Ewropew b'hila u
b'onesta u li hu jkompli jkattar l-istima kbira li Malta bniet
fl-istituzzjonijiet ewropej matul is-snin li Malta ilha membru tal-Unjoni
Ewropea. Il-GRTU tixtieq kull success lill-Kumissarju Tonio Borg fil-qadi ta'
dmirijietu.