Bhala l-organizazzjoni Nazzjonali tas-sidien tan-negozji li hi organizzata wkoll fil-lokalitajiet, f’isem l-eluf ta’ negozji u Self Employed li joperaw fil-lokalitajiet Maltin u Ghawdxin, il-GRTU qed tipproponi li fl-inqas zmien possibli jkun miftiehem Pjan ta’ Azzjoni biex jingieb aktar xoghol lejn il-lokalitajiet.
Il-GRTU tifrah l-Partit Laburista ghar-rebha konvincenti li ghamlu l-Kandidati ppezentati mil-Partit Laburista fl-elezzjonijiet Lokali tal-10 ta’ Marzu.
Il-GRTU tifrah b’mod partikolari lis-Sindki l-godda u l-Kunsillieri kollha eletti.
Bhala l-organizazzjoni Nazzjonali tas-sidien tan-negozji li hi organizzata wkoll fil-lokalitajiet, f’isem l-eluf ta’ negozji u Self Employed li joperaw fil-lokalitajiet Maltin u Ghawdxin, il-GRTU qed tipproponi li fl-inqas zmien possibli jkun miftiehem Pjan ta’ Azzjoni biex jingieb aktar xoghol lejn il-lokalitajiet.
Il-pjan ta’ Azzjoni li qed tipproponi l-GRTU jinkludi:
• Egevolazzjonijiet fiskali lil min ihaddem biex jiehu backoffice work fil-lokalitajiet. Dan biex ihajjar lil min irid joffri opportunitajiet ta’ xoghol godda specjalment lil dawk li jippreferu ma joqodux jivjaggaw ta’ kuljum lejn ic-centri ewlenin tax-xoghol. Il-GRTU tistenna li l-Gvern u l-korpi statali jaghtu huma l-ewwel ezempju billi jibdew jittrasferixxu backoffice work bejn il-loklitajiet. Dan ikun ta’ vantagg kbir b’mod partikolari ghan-nisa li jrabbu t-tfal ghax b’hekk ikunu jistghu jiddedikaw aktar mill-hin disponibbli li jkollhom ghax-xoghol bil-qliegh.
• Il-GRTU wkoll tistenna egevolazzjonijiet fiskali u kundizzjonijiet adatti mill-MEPA biex l-izviluppaturi jithajru jinvestu f’bini ta’ ufficini u postijiet godda ta’ rikrejazzjoni adatti biex jservu lill-komunita u t-turisti li jkunu mhajra izuru l-lokalitajiet. Il-GRTU wkoll qed tistenna li l-Malta Tourism Authority (MTA) taghti kaz bis-serjeta tal-potenzjal kbir tal-lokalitajiet bhala attrazzjonijiet turistici billi tivvota aktar flus biex il-lokalitajiet jigbdu lejhom aktar turisti.
• Il-GRTU qed tistenna ukoll illi bhal ma rnexxielha iggib kundizzjonijiet fiskali tajbin ghal dawk li jzommu l-istudenti barranin ( Host Families) fi djarhom, issa l-Gvern jaccetta l-proposti tal-GRTU biex jinghataw vantaggi wkoll lil min ghandu djar vojta u djar kbar li dawn jifthuhom ghall-akkomodazzjoni tat-Turisti li jippreferu jkunu alloggjati fid-djar fil-lokalita. Irid isir sforz kemm mill-MEPA kemm mill-MTA u aktar u aktar mill-Awtoritajiet fiskali biex din l-attivita ekonomika tinbena u tirnexxi.
• Il-GRTU ukoll tistenna illi l-MEPA u l-Kunsilli Lokali jaghmlu l-isforzi taghhom kollha biex fic-centri tal-ibliet u l-irhula taghna jkun aktar possibli li jinfethu kafitteriji u postijiet ohra li jigbdu lejhom it-turisti.
• Il-GRTU qed toffri support shieh biex ikunu stabbiliti walking tours u servizzi ta’ gwidi biex il-lokalita jinfethu dejjem aktar ghat-turisti.
Il-GRTU lesta biex tahdem spalla ma spalla mall-Kunsilli Lokali kollha li jixtiequ jaraw il-pjan tal- GRTU jirnexxi.