Il-GRTU tesprimi s-sodisfazzjon ghall-arrangament gdid li ntlahaq biex is-servizz ta' transport mill-Park and Ride ghac-Centru tal-Belt Valletta issa hu ghall-aktar kumdita' ghall-kull min irid jinqeda bis-servizzi li toffri l-Belt Kapitali ta' pajjizna.
It-transport ghac-Centru tal-Belt issa kull siegha u kull nofs siegha jinzel minn Triq San Pawl u jibqa' niezel sa Triq San Kristoforu u jdur l-isfel ghall-barra, fil-waqt li kull nieqes kwart u kull siegha u kwart is-servizz jinzel minn Triq l-Ifran u jdur minn Triq it-Tezor ghall-Pjazza tal-Palazz u jibqa niezel minn Triq ir-Repubblika l-barra. Matul il-vjagg in-nies ikunu jistghu jinzlu fejn jenhtiegu.
Is-Servizz hu u jdur mall-Belt Valletta jtella wkoll l-passigieri li jridu jirritornaw lejn l-Park and Ride.
Din is-sistema ssahhah bil-kbir l-progett tal-Park and Ride u tghati nifs gdid lin-negozji tal-Belt u lil dawk kollha li jippjanaw l-harga taghhom ghall-Belt Valletta u lil dawk li jidhlu l-Belt kuljum.