Noel Gauci, Membru tal-Kunsill tal-GRTU u rapprezentant tas-sezzjoni ta l-energija alternattiva iltaqa' ma' uhud mir-rapprezentanti tal-MRA, Anthony Rizzo CEO, Annette Vella u George Cassar, biex tigi diskussa l-iskema tal-photovoltaics.
Waqt il-laqghga gie diskuss l-ammont ta' fondi li l-PPCD allokat ghal skemi ta' ghajnuna fuq il-panelli fotovoltaici, fejn il GRTU irnexxiela ggib fondi ghal madwar elfejn familja, pero aktar tard l-MRA ikkummentat li rnexxiela ggib ‘unlimited funding' mill-PPCD.
Waqt il-laqgha s-Sur Anthony Rizzo ikkjarifika li l-PPCD ikkommettew ruhhom li jaghmlu ghad-dispozizzjoni fondi ghal elfejn familja ohra, cioe total ta' erbgha t'elef familja, u li jekk ikun hemm numru ta' applikazzjonijiet iktar minn hekk, il-PPCD tikkunsidra li terga' zzid dawn il fondi.
Noel Gauci ssuggerixxa u insista li l-applikazzjonijiet ghandhom ikunu numerati skond kif dawn jaslu ghand l-MRA sabiex b'hekk, jekk il-fondi disponibbli jispiccaw, ikun car min hu elegibbli ghal fondi u minn ma jkollux din l-elegibbilta'. Din il-proposta giet rifjutata mill-MRA ghaliex hassew li l-ammont ta` fondi ser ikun bizzejjed.
Tressqu ukoll punti ta' kif l-iskemi tas-solar heaters jistghu jahdmu ahjar u kif it-teknologija tista' tigi sfruttata ahjar bl-introduzzjoni ta' standards ta' efficjenza. Dawn ghandhom jigu diskussi f'aktar dettal aktar il-quddiem.