Il-GRTU – Malta Chamber for Small and Medium Enterprises hi sodisfatta li
f’isem l-membri taghha u f’isem s-self-employed u s-sidien tan-negozji z-zghar
ta’ pajjizna, flimkien mall-organizazzjonijiet l-ohra li jirraprezentaw lil min
ihaddem fl-MCESD, tghat is-sehem shih u konsistenti taghha biex jintlahaq ftehim
fuq dokument li seta’ ha forma ta’ Patt Socjali li jorbot lill-msiehba socjali
ghat-tlett snin li gejjin. Sfortunatament izda, ghalkemm il-Gvern ukoll qabel ma
dan id-dokument, il-ftehim ghall-Patt Socjali baqa’ ma ntlahaqx ghaliex ma
qablux mieghu il-Unions tal-Haddiema.
| |
| |
|
|
| |
|
Il-GRTU temmen li anke bla Patt
Socjali il-gvern ghandu jiehu dawk d-decizjonijiet cari u konkreti bla aktar
dewmien li jsostnu b’mod konkret il-kompetittivita ta’ pajjizna. Flimkien
mall-organizazzjonijiet nazzjonali l-ohra li jirraprezentaw l-intraprizi Maltin
fis-setturi kollha tal-ekonomija, u li flimkien jirraprezentaw l-investiment u
l-impjieg kollu produttiv privat li ghandu pajjizna, il-GRTU issa qed tistenna
li s-settur pubbliku flimkien mas-settur privat ghandhom jibqghu jirsistu biex
il-Maltin ikunu aktar konxji li bla mizuri effettivi l-qaghad jibqa’ tiela u
hadd ma jkollu l-futur ta’ prosperita li jixraqlu.
Il-GRTU tistenna li
l-gvern jiehu mizuri li jinkludu pakkett li jsostni b’mod effettiv
lill-intraprizi z-zghar ta’ pajjizna li issa waslu f’livell li ma jifilhux
jerfghu aktar pizijiet. Il-GRTU temmen li Malta mhux ser jirnexxila tinqala’
mis-sitwazzjoni ta’ tkattir ekonomiku stagnat u qaghad li dejjem jizdied jekk
il-mizuri li jridu jittiehdu jibqghu jigu posposti.
|
| |
|