SME Chamber

Il-GRTU tesprimi sodisfazzjon ghall-progett iehor ta’ accesibilita’ moderna ghac-centru tal-Belt

 Il-GRTU tesprimi s-sodizzfazzjon taghha ghall-progett tal-mina  li jghaqqad il-fond ta' San Mikiel (mid-ditch tal-Belt) sac-centru tal-Belt (Triq Nofsinhar)  li ser titwettaq u ser tithaddem fuq sistemi moderni u komdi biex min irid jidhol il-Belt biex jinqeda bis-servizzi kollha li joffru l-istabilimenti tal-Belt ikollhom access iehor  facli u b'kumdita'  ta' sistemi moderni li jevitaw it-tbatija lil dawk kollha li jridu jinqdew bis-servizzi kollha li toffri l-Belt Valletta.

 

Fil-prezentazzjonijiet kollha li ghamlet tull l-ahhar snin il-GRTU f'isem is-sidien tan-negozji tal-Belt, in-numru kbir ta' konsultazzjonijiet li wettqet ma l-Awtoritajiet, kemm Kunsill Lokali, kemm tal-Gvern, il-GRTU dejjem ipprezentat proposti konkreti u suggerimenti biex fil-Belt Kapitali jsiru dawk il-progetti kollha mehtiega li jziedu l-accessibilita' u li jziedu l-postijiet ta' parkegg vicin biex dak li jkun jidhol il-Belt b'kumdita u jgawdi il-progetti kollha kbar ta' tisbieh li qed isiru madwar u fil-Belt kollha.

Il-GRTU ma qaghditx tikkoncentra fuq it-tgergir u l-kummenti biss ghaliex bi tgergir biss ma tasal imkien izda ikkoncentrat l-aktar fuq it-tfassil u d-diskussjoni ta' progetti li jghollu il-livell ta' dak kollu li toffri il-Belt Valletta. Hu ghalhekk ta' sodisfazzjon ghall-GRTU bhala l-organizzazzjoni bl-akbar numru ta' stabbilimenti fil-Belt li huma msiehba maghha, li l-GRTU tara it-twettieq tal-progetti imhabbra mil-Ministru l-Onor. George Pullicino li bi progett wiehed wara l-iehor, bhalma huwa dan il-progett tal-mina pedonali, il-progetti  taz-zewg liftijiet, u l-progetti l-ohra kbar ta' restawr u pavimentar, u l-holqien ta' zoni godda ghat-tgawdija tal-pubbliku u postijiet godda ghall-parkegg ta' karozzi, u dawn u ohrajn ghaz-zieda fl-accessibilita', flimkien qedghin, b'pass wiehed wara l-iehor,  jizguraw li l-Belt Valletta tilhaq il-livell li hafna holmu li xi darba jkun possibli.

Il-GRTU issostni li baqa hafna xi jsir biex ix-xoghol kollu li hemm ippjanat jitwettaq u l-GRTU f'isem l-istabilimenti kollha tal-Belt tistieden  l-Awtoritajiet jkomplu jzommu kuntatt ta' konsultazzjoni kontinwu halli ix-xoghol kollu li jonqos li jsir, jitlesta bl-anqas inkonvenjent ghan-nies tan-negozju stabbiliti fil-Belt. L-GRTU tappella wkoll lis-sidien kollha b'investiment fil-Belt biex iharrsu b'fiducja lejn il-futur, minkejja matul dawn l-ahhar snin hassew il-piz tax-xoghlijiet kollha li kellhom isiru fil-Belt.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).