Il-GRTU tesprimi s-sodizzfazzjon taghha ghall-progett tal-mina li jghaqqad il-fond ta' San Mikiel (mid-ditch tal-Belt) sac-centru tal-Belt (Triq Nofsinhar) li ser titwettaq u ser tithaddem fuq sistemi moderni u komdi biex min irid jidhol il-Belt biex jinqeda bis-servizzi kollha li joffru l-istabilimenti tal-Belt ikollhom access iehor facli u b'kumdita' ta' sistemi moderni li jevitaw it-tbatija lil dawk kollha li jridu jinqdew bis-servizzi kollha li toffri l-Belt Valletta.
Fil-prezentazzjonijiet kollha li ghamlet tull l-ahhar snin il-GRTU f'isem is-sidien tan-negozji tal-Belt, in-numru kbir ta' konsultazzjonijiet li wettqet ma l-Awtoritajiet, kemm Kunsill Lokali, kemm tal-Gvern, il-GRTU dejjem ipprezentat proposti konkreti u suggerimenti biex fil-Belt Kapitali jsiru dawk il-progetti kollha mehtiega li jziedu l-accessibilita' u li jziedu l-postijiet ta' parkegg vicin biex dak li jkun jidhol il-Belt b'kumdita u jgawdi il-progetti kollha kbar ta' tisbieh li qed isiru madwar u fil-Belt kollha.
Il-GRTU ma qaghditx tikkoncentra fuq it-tgergir u l-kummenti biss ghaliex bi tgergir biss ma tasal imkien izda ikkoncentrat l-aktar fuq it-tfassil u d-diskussjoni ta' progetti li jghollu il-livell ta' dak kollu li toffri il-Belt Valletta. Hu ghalhekk ta' sodisfazzjon ghall-GRTU bhala l-organizzazzjoni bl-akbar numru ta' stabbilimenti fil-Belt li huma msiehba maghha, li l-GRTU tara it-twettieq tal-progetti imhabbra mil-Ministru l-Onor. George Pullicino li bi progett wiehed wara l-iehor, bhalma huwa dan il-progett tal-mina pedonali, il-progetti taz-zewg liftijiet, u l-progetti l-ohra kbar ta' restawr u pavimentar, u l-holqien ta' zoni godda ghat-tgawdija tal-pubbliku u postijiet godda ghall-parkegg ta' karozzi, u dawn u ohrajn ghaz-zieda fl-accessibilita', flimkien qedghin, b'pass wiehed wara l-iehor, jizguraw li l-Belt Valletta tilhaq il-livell li hafna holmu li xi darba jkun possibli.
Il-GRTU issostni li baqa hafna xi jsir biex ix-xoghol kollu li hemm ippjanat jitwettaq u l-GRTU f'isem l-istabilimenti kollha tal-Belt tistieden l-Awtoritajiet jkomplu jzommu kuntatt ta' konsultazzjoni kontinwu halli ix-xoghol kollu li jonqos li jsir, jitlesta bl-anqas inkonvenjent ghan-nies tan-negozju stabbiliti fil-Belt. L-GRTU tappella wkoll lis-sidien kollha b'investiment fil-Belt biex iharrsu b'fiducja lejn il-futur, minkejja matul dawn l-ahhar snin hassew il-piz tax-xoghlijiet kollha li kellhom isiru fil-Belt.