Il-GRTU tesprimi sodisfazzjon bit-tkabbir tal-Kabinett ta` Ministri u b`mod partikolari li s-settur tan-Negozji Zghar u l-qasam tat-Turizmu issa gew elevati ghal livell ta` responsabbilta Ministerjali diretta – Il-GRTU taqbel li l-Prim Ministru ghalaq il-kapitlu ta` Gvern b`numru limitat ta` Ministri u issa kabbar mill-gdid il-Kabinett tal-Ministri u eleva ghall-livell ta` Ministru lil min ihaddem u ta rizultati. Dan hu awgurju u inkoraggiment ghaliex l-oqsma kollha maghzula huma ta` portata kbira fil-glieda tal-poplu Malti ghal tishih ekonomiku u avvanz socjali.
Ahna bhala GRTU kuntenti b`mod partikolari li l-portfolio tan-negozji zghar gie elevat ghal livell ministerjali ghaliex ma kinietx taghmel sens li settur li jirraprezenta 98% tal-Intrapriza lokali ma kellux livell Ministerjali u naqblu wkoll li t-Turizmu wkoll rega gie elevat ghal livell Ministerjali.
Naqblu wkoll li saret is-separazzjoni bejn il-Gustizzja u l-Intern.
Il-GRTU tawgura lil Ministri l-godda li jkunu success fil-Ministeri importanti fdati taht ir-responsabilta taghhom.