Il- Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji tappoggja r-rakomandazzjoni tal-Ombudsman biex il-Gvern jezenta lil kull minn ikun membru ta' Skema Awtorizzata tal-gbir tal-Iskart tal-Ippakeggjar, mill-pagament tal-Eko-Kontribuzzjoni. Fl-istess waqt telenka li dak li qal l-Ombudsman illum ilha ssostnih snin mal-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment f'laqghat li saru minn zmien ghal zmien.
Il-GRTU ilha dawn l-ahhar sentejn tghaddi rakommandazzjoni lill-Gvern ghal ahhar zewg estimi finanzjarji biex kumpaniji jew produtturi ta'dan l-iskart tal-ippakeggjar li jkunu membri ta'Skemi Awtorizzati, jkunu ezenti mill-pagament tal-Eko-Kontribuzzjoni. Minn dejjem ghidna li ghandu jkun hemm pagament wiehed ghal servizz wiehed. L-Gvern ghandu jilqa mill-aktar fiss talbiet ghal rifuzjonijiet tal-Eko-Kontribuzzjoni minghand kumpaniji jew imprendituri li lahqu l-miri tal-Komunita' Ewropeja fejn jidhol gbir ta'Skart tal-Ippakeggjar.
L-Imprendituri Maltin bhalissa diga qedghin obbligati li jigbru 70% tal-Iskart tal-Ippakeggjar li jpoggu fis-suq, 15% izjed mill-obbligi ta' produttur fil-Komunita' Ewropeja. Mhux sewwa li nobbligaw lill-imprendituri Maltin jerfghu piz izjed minn shabhom fl-Ewropa. Mhux sewwa li fejn jogbu l-Gvern jikkwota d-Direttivi Ewropej u fejn irid jiddeciedi mod iehor.
Ir-rakommandazzjoni tal-Ombudsman ghandha tiftah ghajn l-Awtoritajiet biex mill-lum il-quddiem jiehdu dawk il-passi mehtiega biex jaghtu lill-imprenditur Malti l-ezenzjoni kompleta mill-Eko-Kontribuzzjoni fuq kull prodott li l-istess imprenditur ipoggi fis-suq, imma jkun membru ta' Skema Awtorizzata.
Green MT , Skema Nazzjonali Awtorizzata biex tigbor Skart tal-Ippakeggjar ghandha llum l-ikbar tunnellag ta' Skart impoggi fis-suq irregistrat maghha u fis-sena li ghaddiet gabret il-fuq minn 14, 500 tunnellata ta' Skart riciklabbli. Il-GRTU telenka li wasal iz-zmien li l-Iskema Green MT issa tibda thaddem Skema Awtorizzata ta' Skart ta' Prodotti Elettrici u Elettronici mill-aktar fiss. Il-permess diga qieghed f'idejna biex noperaw. Bhalissa hafna minn dawn il-prodotti ihallsu ammonti kbar ta' Eko-Kontribuzzjoni u ghalhekk mhux sewwa li Skema li ghandha il-permess biex topera tmur terga titlob flus lil dawn l-importaturi.
Mhux sewwa li xi hadd jiddeciedi li nahdmu fuq rifuzzjonijiet fi zminijiet tal-lum. Il-pizijiet li ghandu fuqu mprenditur fis-settur tan-Negozji Zghar u Medji diga huma stringenti. Issa jonqos li jhallsu doppju bil-wedgha li xi darba jiehdu rifuzzjonijiet. Il-but ta' l-Impreditur ma jiflahx izjed pizijiet zejda bla bzonn.
Il-Gvern Malti ghandhu obbligu li jaghti linja gwida serja lill-Awtoritajiet koncernati biex din ir-rakommandazzjoni tal-Ombudsman tidhol fis-sehh mill-aktar fiss possibli. Ma fadalx triq ohra hlief li dak li l-Gvern baqa sal-lum ma ghamilx , issa isir b'mod organizzat u b'inqas dizgwid biex b'hekk bhala pajjiz nibdew nimplementaw id-Direttivi Ewropej kif suppost.