Il-prezzijiet tal-fuels regghu gholew. Il-Malta Resources Authority (MRA), ir-Regulatur Pubbliku li xogholhom hu li jiddefendu l-interess tal-users u l-konsumaturi approvaw. Il-Gvern li hu ffacjat bi problema ta’ zieda fl-inflazzjoni li tista’ tharbat il-pjan ta’ Malta li llahqu t-targets ta’ Maastricht sa l-ahhar tal-2007 biex fl-1 ta’ Jannar 2008 nidhlu fil-Euro, jidher li approva wkoll.
Il-prezzijiet tal-fuels regghu gholew. Il-Malta Resources Authority (MRA), ir-Regulatur Pubbliku li xogholhom hu li jiddefendu l-interess tal-users u l-konsumaturi approvaw. Il-Gvern li hu ffacjat bi problema ta’ zieda fl-inflazzjoni li tista’ tharbat il-pjan ta’ Malta li llahqu t-targets ta’ Maastricht sa l-ahhar tal-2007 biex fl-1 ta’ Jannar 2008 nidhlu fil-Euro, jidher li approva wkoll.
Il-figuri juru bic-car li s-surcharge fuq l-elettriku u l-ilma u z-zidiet kontinwi fil-prezz tal-fuels, l-aktar tad-diesel, huma l-kawza ewlenija tal-inflazzjoni. Ghal ftit xhur il-GRTU tat parir lis-setturi li tirraprezenta biex ma jghollux il-prezzijiet ghax kienet temmen li bil-kelma t-tajba u bi pressjoni gusta ggieghel lil Gvern jifhem li jekk mhux ser ifassal pjan serju li jpaci l-impatt taz-zidiet fl-elettriku, l-ilma u d-diesel, l-intrprizi ta’ pajjizna mhux ser ikunu kapaci jgorru dan il-piz kollu. Jekk isir hekk bilfors toghla sew l-inflazzjoni, jonqsu l-flus fl-idejn, u l-ekonomija tikber biss b’mod artificjali kawza tad-dhul u hrug ikbar li jaghmel il-Gvern mit-taxxi u mis-Surcharge tal-Enemalta.
Izda qiesna nitkellmu mal-hajt. Flok studju serju tal-impatt ekonomiku u socjali taz-zidiet tal-prodotti tal-energija u pjan serju biex ikun mitigat l-impatt negattiv fuq l-intarprizi, fuq il-familji u fuq l-ekonomija, il-Gvern ippubblika rapport ta’ verifika, kkwalifikat mill-istess awdituri, li ma jfisser assolutament xejn u li hu hela ta’ flus u ta’ hin.
Il-GRTU terga’ twiddeb b’mod serju u responsabbli: iggeghlux lin-nies u s-sidien tal-intraprizi li bilfors jipprotestaw b’mod pubbliku biex il-gvern jiccaqlaq. Il-GRTU ghamlet il-proposti taghha biex il-hsara ta’ dawn iz-zidiet fl-elettriku, l-ilma u d-diesel ikunu pacuti u it-triq ghalija hi li il-gvern jghati widen ghall-dawn il-proposti. Il-GRTU isaqsi: X’qieghed jistenna l-Gvern biex jiccaqlaq?
Il-GRTU ghamlitha wkoll cara: il-Gvern m’ghandux jibqa’ jistenna lis-sidien tan-negozji jaghmlu tajjeb minn buthom u fl-istess waqt izommu l-istess livell ta’ impjiegi qiesu mhu qed jigri xejn.
Il-GRTU terga’ tappella bil-qawwi biex il-Gvern jiccaqlaq: Ikun inutli li wara l-Gvern jipprova jwahhal fis-sidien tan-negozji ghax l-inflazzjoni tibqa’ tiela’ u l-qaghad jerga’ jibda tiela’. Il-Gvern irid iqum u jiccaqlaq issa qabel ikun tard wisq