Il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU – Il-Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji – qed jesprimi pubblikament l-inkwiet kbir tieghu f’isem in-negozji Maltin ghas-sitwazzjoni imweghra ta’ stagnar li qed tirrenja fl-ekonomija Maltija. Ir-rapporti li l-GRTU ghandha minn kull settur rapprezentat minnha, barra dak tal-izviluppaturi tal-art u tal-kostruzzjoni, huma kollha hziena hafna u illum jirrenja pessimizmu kbir dwar l-andament u l-futur tal-ekonomija Maltija fost l-maggoranza assoluta tal-operaturi ekonomici Maltin attivi, fil-bicca l-kbira tas-setturi tal-ekonomija Maltija.
Il-GRTU tappella biex il-Parlament jiddiskuti b’urgenza l-istat tal-Ekonomija Maltija
Il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU – Il-Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji – qed jesprimi pubblikament l-inkwiet kbir tieghu f’isem in-negozji Maltin ghas-sitwazzjoni imweghra ta’ stagnar li qed tirrenja fl-ekonomija Maltija. Ir-rapporti li l-GRTU ghandha minn kull settur rapprezentat minnha, barra dak tal-izviluppaturi tal-art u tal-kostruzzjoni, huma kollha hziena hafna u illum jirrenja pessimizmu kbir dwar l-andament u l-futur tal-ekonomija Maltija fost l-maggoranza assoluta tal-operaturi ekonomici Maltin attivi, fil-bicca l-kbira tas-setturi tal-ekonomija Maltija.
Il-GRTU qalitha qabel dhalna fl-Unjoni Ewropea, u baqghet tenfasizzha kontinwament, li Malta m’ghandhiex strategija cara ta’ kif ser tiehu l-ahjar mis-shubija f’isem l-operaturi ekonomici Maltin. In-nuqqas ta’ strategija post accsession u n-nuqqas serju ta’ strategija ekonomika li taspira fiducja qed iggieghel lil bicca l-kbira tal-entrepreneurs Maltin jahsbuha darbtejn dwar jkomplux jinvestu f’pajjizna. Sfortunatament l-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali tilef l-kontrol meta falla milli jwassal ghall-Patt Socjali bejn l-Imsiehba Socjali u l-Gvern. Illum l-MCESD qiesu gallerija jara ministru wiehed differenti mill-iehor jaqbad biss bicca mill-ekonomija u qiesu hadd mhu responsabbli ghall-ekonomija kollha kemm hi.
L-ekonomista, l-Profs Edward Scicluna, qed jghid li l-ekonomija ilha omor ma tkun fi stat hekk hazin. Ic-cifri ippubblikati mill-l-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika jixhdu dan. Il-Gvernatur tal-Bank Centrali xebgha jwissi li l-ekonomija tinhtieg impulsi godda. Il-GRTU ripetutament, f’isem l-operaturi ekonomici minn kull qasam rapprezentat mill-GRTU, ma tieqafx tishaq li hemm bzonn urgenti ta’ strategija ekonomika gdida li taspira fiducja. Dan kollu izda qiesu qed jaqa’ fuq widnejn torox. L-istrategija ekonomika nazzjonali ma tidhirx. Il-Gvern illum, issostni l-GRTU, qed jizbalja bil-kbir li jibqa’ jghasar u jross, mohhu biss fil-Budget deficit bla ma jaghti kas sewwa tal-impatt negattiv ekonomiku u socjali li dan kollu qed igib fuq l-ekonomija Maltija. Il-Prodott Gross Domestiku (GDP) juri li l-ekonomija miexja b’lura u l-ebda mizura cara mhu qed tittiehed biex ir-ritmu l-isfel jieqaf u l-ekonomija terga tibda tikber.
Il-GRTU ghalhekk qed tappella lil Parlament biex jiddiskuti b’urgenza l-istat tal-ekonomija. Il-GRTU tappella biex b’onesta l-parlamentari jaraw l-fatti lill-hinn mill-ftahir u t-tajjir, u jsibu mezz biex flimkien, iz-zewg nahat tal-Kamra jaqblu x’ghandu jsir biex lil pajjizna mpogguh fuq it-triq it-tajba. Pajjizna jehtieg li jieqaf johlom u jerga jibda jahdem.
Din id-diskussjoni trid issir issa u mhux nistennew il-Budget. Issa qabel ma kollha jmorru ghal vaganzi. Mhux l-intraprizi tan-negozjanti u imprendituri Maltin biss huma mhedda. Hu mhedded l-ghixien ta’ eluf ta’ haddiema Maltin. Il-GRTU titlob azzjoni issa.