SME Chamber

Il-GRTU takkuza lil Min Deguara bi ksur ta’ ftehim dwar it-tipjip f’postijiet ta’ divertiment

Il-GRTU – Malta Chamber of Small & Medium Enterprises, illum
ipprezentat protest fil-Qorti Civili kontra l-Ministru tas-Sahha l-Onorevoli Dr
Louis Deguara fejn il-GRTU qed tghid li l-Ministru tas-Sahha kien qabel li
jinbidlu r-regolamenti dwar it-tipjip f'postijiet pubblici biex jghamluha
possibbli:


a) li jkun hemm zewg kategoriji ta’ postijiet licenzjati, dawk
li huma izghar minn 60metru kwadru u l-ohra li huma minn 60metru kwadru,
l-fuq
b) li f’dawk ta’ qies zghir (60 metru kwadru u anqas) ma jkunx hemm
htiega ta’ separazzjoni f’zona “smoking” u ohra “non-smoking” u li jkun
bizzejjed li f’dawn il-postijiet jkun assigurat li jkun hemm air extractors biex
l-arja tkun skond parametri stabbiliti.
c) Li fil-postijiet l-ohra jkun
possibbli li jkun hemm zoni “non smoking” u ohrajn “smoking” sakemm fiz-zoni ta’
tipjip jkun hemm kwalita’ ta’ arja skond l-istess parametri.
Il-GRTU
fil-protest gudizjarju taghha qed issostni li fir-regolamenti kif mibdula
mill-Ministru ma giex onorat dak li kien miftiehem rigward it-tipjip f’postijiet
tad-divertiment. Il-GRTU ghaldaqstant qed izzomm lill-Ministru reponsabbli
ghall-hsara li dan in-nuqqas tieghu li jimxi ma dak li kien miftiehem qed
jikkawza u qed tappella lil l-istess Ministru biex jonora dak li ftiehem dwaru
mall-GRTU f’isem il-postijiet tad-divertiment ta’ Malta u
Ghawdex.

Il-protest gudizjarju kien pprezentat mill-Avukat Dr Andrew Borg
Cardona. Kopja tal-Protest qeghda wkoll
tintbghat:

Fil-Qorti Civili Prim’Awla

GRTU
– Association of General Retailers & Traders
Vs
Ministru ghas-Sahha,
l-Anzjani u l-Kura fil-Kommunita’

Protest tal-GRTU – Association of
General Retailers & Traders
Jesponu umilment

Illi waqt laqghat
mall-Protestat u ufficjali tal-Ministeru tieghu rigward vertenza li nqalghet
dwar regolamenti promulgati dwar it-tipjip f’postijiet pubblici, l-istess
Protestat kien qabel u obbliga ruhhu li tali regolamenti jigu modifikati

Illi l-modifikci kellhom ikunu fis-sens illi postijiet ta’ divertiment
jkunu maqsuma f’dawk akbar minn sittin metru kwadru u dawk izghar, biex b’hekk
it-tipjip f’dawn il-postijiet jigi regolat b’mod ukoll miftiehem bejn
il-partijiet.

Illi l-mod ta’ regolamentazzjoni maqbul kien, fis-succint,
illi postijiet izghar minn sittin metru kwadru ma kienx ser ikollhom bzonn ta’
zoni separati fejn jista’ jsir tipjip jew le, basta jkun hemm kwalita’ ta’ arja
skond parametri li kellhom jigu stabbiliti, filwaqt illi postijiet akbar kellhom
ikollhom zoni separati u fiz-zona ta’ tipjip kellu jkun hemm kwalita’ ta’ arja
skond l-istess parametri.

Illi b’hekk postijiet ta’ divertiment setghu
jigu operati b’mod illi l-ghanijiet ta’ kull parti kienu jigu
milhuqa.

Illi r-regolamenti kienu gew promulgati permezz ta’ l-AL 145 ta’
l-2004.

Illi r-regolamenti kif promulgati ma jirriflettu bl-ebda mod dak
li gie miftiehem bejn il-partijiet rigwardanti tipjip f’postijiet ta’
divertiment.

Ghaldaqstant filwaqt li jpoggu lill-Protestat in dolo, mora
u culpa ghall-finijiet u effetti kollha tal-ligi, jinterpellawh biex minnufieh
jaghmel dak kollu necessarju biex jottempora ruhhu mal-ftehim li sar.

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).