Id-decizjoni fuq id-dual pricing minn Jannar li gej minghajr il-mizuri proposti mil-GRTU diga qed ittella f’wicc l-ilma l-hafna problemi li l-implementazzjoni ta din id-decizjoni mghaggla ser tikkawza. Il-GRTU ghalhekk qed taghmilha cara li jekk il-Gvern ma jghatix kaz ta’ dak li qed tghid il-GRTU f’isem is-sidien tal-hwienet, il-GRTU tghati direttivi lil hwienet kollha biex jinjoraw dak li qed jigi mpost, ghax mhux sewwa li kull darba il-piz jintefa fuq dahar is-sidien tal-hwienet
Bid-decizjoni li l-Kabinet tal-Ministri ha li jgieghel lil tal-hwienet kollha jtellghu prezzijiet fuq il-prodotti kemm bil-Euro kif ukoll bil-Lira Maltija sa minn sena qabel il-qlib ghall-EURO, l-Kabinett tal-Ministri qed jaqbad it-triq lejn inkwiet zejjed ghall hafna operaturi minghajr hadd ma jkun ha xejn pozittiv. Din mhux kwistjoni ta semplici bdil ta ftit prezzijiet izda tinvolvi hafna u hafna aktar minn hekk.
Il-GRTU tifhem li dan qieghed isir b’intenzjoni li d-dual pricing hekk kmieni minn Jannar 2007 tkun ta vantagg ghall- konsumatur izda ma haseb xejn dwar min ser jaghmel tajjeb ghall-hafna spejjez zejda li tal-hwienet ser isoffru u li bilfors iridu jaghdduh lil xi hadd. Tal-hwienet u negozji m’ghandhomx ibaghtuhom minn buthom u lanqas hu gust li l-Gvern jgieghel lil tal-hwienet jaghbbu lil konsumatur bihom. Il-GRTU tibza li wara din l-mossa hemm hsieb li tal-hwienet jehlu ghaz-zidiet fil-prezzijiet li jkunu kkawzati minn hafna ragunijiet ohra. Il-GRTU mhux ser toqghod ghal dan. Il-GRTU qalet dan mal-ewwel li twaqqaf il-Kumitat tal-Euro Change Over. Il-GRTU qed tippartecipa bis-shih f’dan il-Kumitat biex tizgura li l-affarjiet isiru sewwa. Issa imma jidher car li l-Kumitat hu biss paraventu biex il-Gvern jaghmel li jrid.
Is-sistema li jrid jimponi il-Gvern ma taghmilx sens. Suppost twaqqaf Kumitat ta’ esperti biex l-affarjiet isiru sewwa, izda sewwa ma jfissirx li l-Gvern jinjora l-pariri ta’ min irid ihaddem is-sistema. Is-sidien tal-hwienet ma jistghux ihaddnu sistema b’rata li tista tinbidel, b’sistema li tohloqilhom hafna argumenti mal-konsumaturi, l-aktar mat-turisti, u b’sistema li bil-fors titlob tibdil mhux ta’ darba izda ta’ aktar minn darba. Il-GRTU trid li qabel il-Gvern jaqbad u jimponi jiftiehem l-ewwel kif ser isiru l-affarjiet u jiftiehem mal-GRTU min ser jaghmel tajjeb ghall-ispejjez, kemm tal-hwienet stess kif ukoll dawk imposti mil-banek u mill- kumpaniji li jfornu il-cash registers u apparat iehor.
Il-GRTU trid fuq kollox li jieqaf il-paroli zejjed u l-insinwazzjonijiet kontra n-nies tal-hwienet ghax min irid minn ghand tal-hwienet, ma jibdiex billi jajjarhom u juri li ma jafdahomx. Il-GRTU lesta li tikkopera bis-shieh biex il-bidla ssir u ssir sewwa izda mhux bl-impozizzjoni u ghas-skopita tas-settur kummercjali.