l-GRTU
l-bierah infurmat lill-Ministru tal-Ambjent u l-Affarjiet Rurali l-perit George
Pullicino li l-kumitat tal-ambjent tal-GRTU kien ghamel l-analazi, ir-ricerka u
l-konsultazzjonijiet mehtiega biex issa hu f’pozizzjoni li jipprezenta
lill-gvern applikazzjoni ghal skema kompressiva li tiehu hsieb
ir-responsabbilitajiet kollha li n-negozjant Malti qed jiffacja skond
l-impozizzjonijiet li ghandu fuqu mil-ligijiet lokali u direttivi
ewropej.
Il-GRTU

L-iskema
kompressiva li qed tipproponi l-GRTU tiehu hsieb dawn
ir-responsabilitajiet:
L-immanigjar tal-packaging
tal-minerali, birer u xorb iehor fi fliexken tal-hgieg tal-plastic u tal-metall
Il-packaging ta’
kartun u materjal simili
Il-waste
tal-apparat elettroniku u elettriku (WEEE)
L-analazi tal-GRTU turi
li jaghmel aktar sens li n-negozjant Malti jiehu hsieb li jmexxi dawn l-iskemi
huwa stess milli jafda f’interessi privati
kummercjali. Il-prezzijiet u c-charges li
qed jigu mitluba jhallsu n-negozjanti Maltin taht l-iskemi ezistenti huma
ezorbitanti u ghall-hafna ntraprizi Maltin ser ikunu daqqa qawwija hafna u
f’hafna kazi l-konsumatur ser ikun mgieghel ihallas ghall-dan l-infieq
esagerat.
L-iskemi li
qed tipproponi l-GRTU jipprotegu bi shieh u b’mod aktar zgur
minn l-iskemi li qed jigu
offruti minn haddiehor illum. In-negozjant Malti jrid ikun accertat li l-obbligi li ghandu taht
il-ligi u li qed ihallas biex dawn l-obbligi igorromlu haddiehor, ikunu
fil-verita mhaddma skond kif titlob il-ligi ewropeja biex ma jsibx ruhu li wara
li hallas jibqa xorta mghobbi bl-obbligi. L-iskemi li qed tipproponi
l-GRTU jghatu dawn l-assigurazzjonijiet u aktar
minn hekk ser ikunu offruti
bi prezz hafna orhos milli jista joffri haddiehor u l-iskemi jkunu mhaddma
minn negozjanti stess taht
is-supervizjoni tal-GRTU li tirraprezenta l-interessi
taghhom.
Il-GRTU
ghaldaqstant taghti parir lin-negozjanti kollha li ma jintrabtu mal-ebda skema
qabel ma jkunu assigurati li s-skema li fiha huma ghandhom say, li hi bi
prezz affordabbli u li toffri l-assigurazzjonijiet kollha skond il-ligi. Il-GRTU fil-gimghat li gejjin ser tghati d-dettalji kollha ta’ kif
ser tithaddem l-iskema, li f’isem in-negozjanti Maltin ser tmexxi l-quddiem
l-GRTU.